
- This event has passed.
Object, Objetc, Objecc
3 May 2019 - 16 June 2019
free
Dati: Il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju – Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju 2019
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn
Il-wirja tgħaqqad ix-xogħol ta’ tliet artisti internazzjonali: Liza Eurich (CA), Katri Kempas (FIN) u Letta Shtohryn (UKR / MT). Wara li ltaqgħu matul residenza ta’ xahar marbuta ma’ SIM, f’Rejkjavik, l-Islanda, l-artisti komplew jikkomunikaw b’mod informali, mekkaniżmu li kien il-punt tat-tluq għal dan il-proġett. Filwaqt li jopera minn pjattaforma ta’ rispons għas-sejħiet, il-produzzjoni ta’ xogħol għal din il-wirja tfittex li tesplora metodi ta’ traduzzjoni: minn proċessi li għandhom x’jaqsmu mas-simulazzjonijiet u r-realtà għall-dawk li jesploraw fatturi personali u referenzjali, sa dawk li jesploraw l-eżistenza ta’ preżenzi fisiċi u assenti u viċi versa. Barra minn hekk, din il-produzzjoni tipprovdi metodoloġija li tista’ tintuza għal xogħol kollaborattiv fuq distanzi twal u biex tiftaħ il-bieb għal djalogu intimu. Bħala l-punt tat-tluq tagħhom, dawn l-iskambji jieħdu l-interess komuni fin-natura tal-oġġett, u permezz ta’ din it-tema se jiġi analizzat kemm il-proċess tad-dematerjalizzazzjoni tad-dinja materjali, kif wkoll l-inverżjoni tagħha, jiġifieri il-materjalizzazjoni tal-elementi li m’humiex materjali.
Ser issir ukoll taħdita bħala parti mis-sensiela ta’ Art Additives f’konnessjoni ma’ din il-wirja.