OCEAN with David Attenborough


OCEAN with David Attenborough
Dati u ħin
Il-Ħamis, 8 ta’ Mejju 2025, 7.30pm
Il-Ħadd, 18 ta’ Mejju 2025, 4.30pm
OCEAN WITH DAVID ATTENBOROUGH jieħu lit-telespettaturi fuq vjaġġ mill-isbaħ li juri li m’hawn l-ebda post aktar essenzjali għas-sopravivenza tagħna, aktar mimli ħajja, maġija jew sorpriża, mill-oċean.
Il-preżentatur u direttur magħruf jiżvela kif ħajtu kkoinċidiet ma’ żmien ta’ skoperti straordinarji dwar l-oċean. Permezz ta’ sekwenzi spettakolari li jinkludu s-sikek tal-qroll, il-foresti tal-kelp u l-oċean miftuħ, Attenborough juri għaliex oċean b’saħħtu jżomm il-pjaneta kollha f’qagħda stabbli li tiffjorixxi.
Permezz ta’ ċinematografija immersiva mill-isbaħ, tintwera s-sbuħija tal-ħajja taħt il-baħar u jinkixfu r-realtajiet u l-isfidi li qed jiffaċċja l-oċean tagħna, kif qatt ma rajnihom qabel. Fost dawn naraw t-tekniki distruttivi tas-sajd kif ukoll l-ibbliċjar bil-massa tas-sikek tal-qroll. Madankollu, din hija wkoll storja ta’ tama: Attenborough juri stejjer ta’ ispirazzjoni minn madwar id-dinja biex iwassal l-aktar messaġġ importanti tiegħu: l-oċean jista’ jirkupra u jsir ferm isbaħ minn kif qatt rajnih qabel.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post