Palettes

- This event has passed.

Palettes
Il-proġett Palettes li huwa r-riżulrat tar-residenza artistika ma’ Spazju Kreattiv ta’ Katarina Radović huwa esplorazzjoni tal-identità Maltija bħala soċjetà żgħira, b’popolazzjoni densa u multikulturali, permezz tal-ikel (il-preparazzjoni, il-preżentazzjoni u l-konsum), espressa fil-forma ta’ installazzjoni ta’ ritratti u testi.
Waqt li esplorat ir-repertorju ta’ platti (a)tipiċi li jittieklu f’familji multikulturali jew f’komunitajiet fil-Gżejjer Maltin, Katarina wkoll involviet ruħha f’diskussjonijiet mal-membri tal-familja, ġibdet ritratti tagħhom kif ukoll tal-platti assoċjati u/jew tal-merċa, ħwawar, riċetti , eċċ. partikolari, u ġabret l-istejjer personali tagħhom.
Dan ix-xogħol jagħti ħarsa ġenerali lejn it-tradizzjonijiet u l-konformitajiet li jikkuntrastaw mal-gosti u l-inklinazzjonijiet personali, u jiffoka fuq ir-rispett u t-tgawdija tal-valuri kulturali adottati minflok il-mumenti ta’ nuqqas ta’ qbil okkażjonali. Fil-qosor, dan ix-xogħol huwa r-riflessjoni tal-ħajja mlewna ta’ kuljum tan-nies lokali f’Malta, u t-trasformazzjoni metaforika tal-palati tagħhom f’paletti.”
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post