Passjoni tad-Duluri
- This event has passed.
Passjoni tad-Duluri
17 March 2016 @ 8:00 pm
€15Tbatija – Ħtija – Emozzjoni
Dati u ħinijiet:
Il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Is-Sibt 19 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016, 10.30AM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Meta persuna titkellem dwar it-tbatijiet li tkun għaddejja minnhom, donnhom il-weġgħat itaffu xi ftit. Hekk jagħmlu tliet ommijiet li, minħabba s-sitwazzjonijiet differenti li jinsabu fihom, ma jifilħux iġorru iżjed it-toqol tagħhom. Jirrakuntaw ġrajjiet u episodji minn ħajjithom, ġrajjiet li tisma’ l-udjenza, u rakkonti li fuqhom hija mibnija din il-produzzjoni teatrali.
Addattati għaż-żmien li fih qed titħejja din il-produzzjoni, it-temi prinċipali huma t-tbatija, il-ħtija u l-emozzjoni, lkoll miġbura flimkien fid-diffikultajiet komuni li nisimgħu dwarhom u mmissu b’idejna kemm il-darba matul ħajjitna.
Din il-produzzjoni hija mfassla b’tali mod li l-udjenza li tkun qed issegwiha tirrealizza, ftit ftit, kemm passjonijiet jeżistu madwarna, u kemm passjonijiet iħabtu wiċċhom magħhom nies komuni, kuljum. Apparti minn hekk, wara s-suċċess ta’ Kristu fi Strada Stretta tul is-sena li għaddiet, il-produtturi, kif għamlu f’dan ix-xogħol preċedenti tagħhom, qed jaraw li din il-produzzjoni wkoll ikollha valur artistiku u teatrali li tesprimi aspett integrali tal-identità Maltija – dan kollu f’ambjent ta’ dawl u mużika li jkomplu jgħinu sabiex jinħoloq kuntest ideali u konvinċenti għal dan ix-xogħol kontemporanju.
https://vimeo.com/155511277