Pastażuni – Tikber u Titnitten

- This event has passed.

Pastażuni – Tikber u Titnitten
One event on 29 April 2023 at 9:00 pm
One event on 30 April 2023 at 9:00 pm
Dati u ħin
Il-Ġimgħa 28 ta’ April, 2023, 9pm
Is-Sibt 29 ta’ April, 2023, 9pm
Il-Ħadd 30 ta’ April, 2023, 9pm
Hemm kliem li ma tistax tgħidu quddiem in-nies għax, taf int…pastaż. Iżda tkun qed tikber, u dak il-kliem iktar bħal donnu jsejjaħlek, u ssibek tgħidu meta mhux suppost. Daqqa għax qabżitlek kelma, daqqa għax qabditek kurżità, u daqqa biex tidher ‘cool’ ma’ sħabek tal-iskola. Dan hu kliem li jiftaħlek dinja oħra, dinja li qajla jgħallmuk fuqha l-iskola, u wisq inqas id-dar. Iżda x’jiġri meta jiġi ibnek lura mill-iskola u jibda jlissen dal-kliem mistur?
‘Pastażuni – Tikber u Titnitten’ hija stand-up bil-Malti għall-adulti, fejn raġel iħares lejn it-trawwim u l-esperjenzi sesswali tiegħu, mill-ewwel kelmiet psataż l-iskola, sa meta kiber u kellu l-ewwel relazzjonijiet bħala adult. Fi triqtu jagħraf li tgħallem ħafna affarjiet b’mod ħażin, iżda issa li sar missier, kif jista’ jgħallem lill-ibnu sew?
B’kitba u direzzjoni ta’ Joseph Galea, bil-kontribut ta’ poeżiji mhux pubblikati ta’ Trevor Zahra, u diski oriġinali ta’ Ċikku l-Poplu (aka Alex Vella Gregory), din ser tkun wirja divertenti maħduma għall-udjenza matura (18+).
Dan il-proġett ikompli fuq ‘Pastażuni’, proġett ikkumissjonat minn Notte Bianca 2022, fuq idea ta’ Antoine Farrugia
Tim Kreattiv
Direttur u Attur– Joseph Galea
Kittieb, Pijanist u Kantant– Alex Vella Gregory
Skript – Trevor Zahra / Joseph Galea
Kunċett – Antoine Farrugia
Assistent Tal-Produzzjoni – Svetlana Camilleri
Informazzjoni fuq il-Biljetti