Perfect Men

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Perfect Men

6 November 2015 @ 7:00 pm - 7 November 2015 @ 9:00 pm

Esplorazzjoni – Interazzjoni – Eroj Kontemporanji

Ftuħ: Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2015, 7.00PM
Għeluq: Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2015

Post: Aġenzija Żgħażagħ (Santa Venera)

Perfect Men huwa proġett kollaborattiv ta’ Youth Inc. (Aġenzija Żgħażagħ), Istituto Italiano di Cultura (Malta), u Regione Emilia Romagna. Fil-qalba tiegħu, dan huwa proġett li jorbot flimkien dixxiplini varji, u li jiffoka fuq x’nifhmu bl-eroj immaġinarju fil-kuntest tal-kultura u soċjetà kontemporanja.

B’mod speċjali, il-proġett iħares lejn il-modi diversi ta’ kif l-eroj kien jiġi mifhum u ppreżentat fil-passat, permezz ta’ esplorazzjoni fiżika u viżwali ta’ rkejjen imwarrba f’pajjiżna.

Perfect Men huwa r-riżultat ta’ residenza kreattiva tal-kollaborazzjoni Taljana In_Ocula u Do – nucleo culturale, u sessjonijiet ta’ fotografija u vidjow imħejjin għaż-żgħażagħ. Il-proġett se jagħlaq permezz ta’ installazzjoni maħduma mill-artisti Taljani u ż-żgħażagħ involuti. L-installazzjoni l-ewwel ser tittella’ ġewwa l-kwartieri ta’ Aġenzija Żgħażagħ, f’Santa Venera.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku: www.inocula.it

Dettalji

Bidu:
6 November 2015 @ 7:00 pm
Tmiem:
7 November 2015 @ 9:00 pm
Event Categories:
,
Event Tags:

Venue

Lil hinn

Other

Cert Kull età
Creative Team In_Ocula, Do - nucleo culturale
With the participation of Cristina Ghinassi, Andrea Pedna, Andrea Fronzoni, Futura Tittaferrante