Phoenix

- This event has passed.
Phoenix
19 November 2015 @ 7:00 pm
€3
Film Ġermaniż – Festival – Identità
Dati u Ħinijiet:
Il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2015, 7.00PM
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2015, 9.00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Nelly Lenz, kantanta Lhudija, irnexxilha toħroġ ħajja mill-kampijiet tal-konċentrament tan-Nazzisti imma akkost ta’ xiex? Sfat b’wiċċ maħruq, u se jkollha tagħmel operazzjoni sabiex tingħaraf u mqar iġġib ftit kunfidenza lura. Hi u sejra lura f’dak li kien fadal minn Berlin, akkumpanjata mill-ħabiba tagħha Lene, għandha biss ħaġa waħda fuq moħħha: li ssib lil Johnny, ir-raġel tagħha, u jekk wara kollox kienx għadu jħobbha.
Imma l-problema mhijiex biss li ssibu. Il-problema hija biex tikkonvinċieh li kienet verament hi, martu, u mhux xi ħadd li sempliċiment jixbagħha.