PREMJU ĠIEĦ L-ARTIĠJANAT MALTI EXHIBITION

Loading Events
  • This event has passed.

PREMJU ĠIEĦ L-ARTIĠJANAT MALTI EXHIBITION

31 Mejju 2024 - 30 Ġunju 2024

Kemm jekk għas-sbuħija estetika tagħhom jew għall-użu prattiku tagħhom, il-prodotti artiġjanali kienu parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum minn żminijiet antiki ħafna, u saru għeruq sodi fil-kultura, l-wirt u t-tradizzjonijiet lokali tagħna matul is-sekli. Bħala parti mir-rwol tagħha li tqajjem kuxjenza u ttejjeb l-apprezzament tal-artiġjanat lokali, biex b’hekk tikkontribwixxi għall-qawmien mill-ġdid, il-preservazzjoni, u s-sostenibbiltà fit-tul tal-ħiliet artiġjanali fil-gżejjer Maltin, il-Malta Crafts Foundation torganizza l-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti.

Miżmumin fuq bażi annwali, l-Premjijiet jirrikonoxxu l-eċċellenza fis-sengħa, ideat ta’ prodotti innovattivi, u kontribuzzjonijiet ewlenin lis-settur tal-artiġjanat lokali fix-xhur preċedenti. Il-Premjijiet huma maqsuma fi tliet kategoriji ewlenin, li kollha qed jintwerew f’din il-Wirja – kemm jekk fiżikament, kif ukoll diġitali fuq l-iskrins madwar l-Atriju jew fil-kuritur li jwassal għalih.

L-ewwel kategorija tiffoka fuq il-prodotti artiġjanali bħala espressjoni tat-talent tal-artiġjani lokali, li tagħti ftit mill-kreattività inġenjuża fi ħdan it-tessuti; ikel u xorb; xogħlijiet tal-ħġieġ u ċeramika; materjali prezzjużi; immudellar, pittura, u skultura; materjali mhux prezzjużi; u – għall-ewwel darba din is-sena – il-prodotti artiġjanali manifatturati minn organizzazzjonijiet tal-festi lokali, li ħafna drabi jsiru possibbli biss permezz ta’ sforz kollettiv li jiġbor flimkien numru kbir ta’ ħiliet. Bl-eċċezzjoni ta’ din is-subkategorija tal-aħħar, li setgħet tidher biss fuq waħda mill-iskrins minħabba d-dimensjonijiet tal-entrati, l-prodotti artiġjanali l-oħra kollha li jikkontestaw din il-kategorija qed jiġu esposti fiżikament f’din il-Wirja. Is-sottomissjonijiet kollha f’din il-kategorija huma wkoll awtomatikament kontestati għall-Premju tal-Għażla tal-Poplu tant mixtieqa, b’vot tal-pubbliku onlajn li bħalissa jinsab miftuħ fuq il-websajt tal-Malta Crafts Foundation, www.maltacrafts.org.

Permezz tat-tieni kategorija, l-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti jfittex ukoll li jispira l-artiġjanat u l-innovazzjoni permezz ta’ kollaborazzjoni, li jħajjar lill-artiġjani lokali jaqsmu ideat u jaħdmu flimkien sabiex jissottomettu proposti ta’ proġetti li jġibu l-innovazzjoni fis-settur.

Billi jressqu dawn il-proposti, l-artiġjani jkunu jistgħu jutilizzaw swieq li qabel ma kinux sfruttati filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw li ċerti ħiliet artiġjanali jiġu adattati għar-realtajiet tad-dinja tal-lum. Fl-aħħar nett, it-tielet kategorija hija maħsuba biex tagħraf l-isforzi tal-artiġjani u l-kontribuzzjonijiet li għamlu lis-settur fis-sena li wasslet għall-edizzjoni partikolari tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti. Il-premjijiet jingħataw lill-istudent tas-sena; lit-tutur tas-sena; lil kreatur emerġenti tas-sena; lil artiġjan li jieħu inizjattivi lejn is-sostenn ta’ snajja’ ta’ periklu; lil kreatur tas-sena; u – fl-aħħar iżda mhux l-inqas – bħala rikonoxximent għall-kisbiet tul ħajjithom lil esperti artiġjani.


Malta Crafts Foundation

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a