Preserving Mnajdra: Advanced AI techniques for limestone protection

Loading Events

Preserving Mnajdra: Advanced AI techniques for limestone protection

1 April 2025 @ 7:00 pm

Il-proġett MEGALITH jiffoka fuq il-protezzjoni tat-Tempji ta’ Mnajdra, sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO, mill-ħsara ambjentali. Din l-inizjattiva tinvestiga kif il-fatturi ambjentali jikkontribwixxu għad deterjorament tal-ġebla tal-Globigerina. Bl-użu ta’ simulazzjonijiet numeriċi u mudelli tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI), il-proġett jimmappa l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi ma’ proċessi ta’ degradazzjoni tal ġebla.

Il-preżentazzjoni, immexxija mill-Prof. Ing. Daniel Micallef u l-Prof. JoAnn Cassar, se tenfasizza dawn il-metodi avvanzati. Din l-isforz multidixxiplinari, sostnut minn Heritage Malta u ffinanzjat taħt il-Programm ta’ Eċċellenza tar-Riċerka Fusion tal-MCST, jirrappreżenta avvanz sinifikanti fil-konservazzjoni tal-wirt. L-avveniment se jsir fl-1 ta’ April 2024, f’Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta.

L-avveniment huwa appoġġjat minn Spazju Kreattiv, l-Università ta’ Malta, u l-Kamra tax-Xjenzati ta’ Malta.


Tim Kreattiv
Danielle Martine Farrugia – Maniġer tal-Proġett
Lara Bugeja u Christine Scicluna – Organizzaturi
Flora Brégeon u Abbey Morris – Disinjatur tal-Posters

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Mingħajr ħlas, prenotazzjoni meħtieġ
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2hrs
Ċert
12+
Lingwa
Ingliż