Queer Notions – Soirée ta’ Mużika Kwir u Qari ta’ Letteratura

Loading Events
  • This event has passed.

Queer Notions – Soirée ta’ Mużika Kwir u Qari ta’ Letteratura

12 Settembru 2023 @ 7:00 pm

F’Awwissu tal-1933, is-sassofonist Amerikan tal-Jazz, Coleman Hawkins, irrekordja l-biċċa mużikali tiegħu Queer Notions, mal-Fletcher Henderson Orchestra. Minkejja li t-titlu x’aktarx kien referenza għal parti mill-melodija b’ton sħiħ li tinstema’ stramba, għall-kap tal-banda u l-pjanista queer Sun Ra, it-titlu x’aktarx kellu tifsira differenti wkoll, u poġġieh fuq ir-repertorju tal-Arkestra tiegħu.

Għat-tim kreattiv — grupp ta’ kompożituri u mużiċisti queer — jinstema’ bħala titlu tajjeb għal programm ta’ mużika minn kompożituri u mużiċisti LGBTQI. Queer mhux biss referenza għall-identità tagħna; tirreferi wkoll għad-diversità ta’ stili u ġeneri mużikali li qed jippreżentaw. Huma jikkonċentraw fuq il-mużika, komposta minn tlieta mill-mużiċisti li huma membri tal-grupp: Tom Armitage, Guy Harries u Luc Houtkamp. It-tlieta jikkomponu mużika b’temi queer, ibbażata fuq testi u poeżiji ta’ Gertrude Stein, Arthur Rimbaud u Theognis of Megara, u fuq il-ħajja ta’ Alan Turing.

B’dan il-programm, nagħtu ġieħ lill-mużika queer “oħra”: il-jazz, il-mużika klassika u dik kontemporanja.

 

Il-mużika hija miktuba u ppreżentata mill-POW Ensemble, li tikkonsisti minn:

Luc Houtkamp (sassofonu, elettronika) Tom Armitage (pjanu, vuċi)

Guy Harries (vuċi, flawt)

Clare Ghigo (mezzo-soprano) Laura Cioffi (flawt)

Idea u kompożizzjonijiet ta’: Tom Armitage, Guy Harries, Luc Houtkamp

 

It-testi huma miktuba u ppreżentati minn awturi u poeti Maltin:

Sara Caruana

Francesco Grech Tyrone Grima Noah Fabri

Mina Jack Tolu

 

 

Il-proġett jifforma parti mill-programm EuroPride 2023.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free of charge against booking
Konċessjonijiet
Free of charge against booking
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
16+
Lingwa
n/a