Representing Pride
- This event has passed.
Representing Pride
Representing Pride hija kollezzjoni ta’ fotografija kuratorjali bbażata fuq proċess, li tagħti l-ewwel xogħlijiet li qatt ma dehru ffukati fuq stejjer LGBTQIA+, minn tmien fotografi individwali minn madwar il-baċir tal-Mediterran.
Il-fotografi huma ta’ kalibru għoli, professjonisti minn mezzi varji fil-qasam, li jvarjaw bejn analogu, diġitali u collage. Kull fotografu individwali jindirizza suġġetti differenti li huma rilevanti għall-prattiċi tagħhom, dawn l-istejjer imissu suġġetti awtobijografiċi madwar l-identità, perspettivi kkundizzjonati dwar is-sess, u anke spazji li jesploraw il-mitoloġija queer. Dawn il-korpi ġodda ta’ xogħol huma maħluqa għal festival EuroPride 2023, u huma ir-riżultat ta’ programm edukattiv għal rakkonti viżwali organizzat minn HOLMA photo. Ix-xogħlijiet huma maħluqa taħt il-mentoring tal-fotografa u ġurnalista rebbieħa ta’ bosta premjijiet Tanya Habjouqa (NOOR images), u kkurati minn Samira Damato (Pride Photo Awards, World Press Photo, NOOR images).
Tim Kreattiv:
Direttur HOLMA u Kuratur: Samira Damato
Mentor: Tanya Habjouqa
Tim HOLMA: Nadine RS, Daisy Corbin O’Grady, Loïs DM
Artisti:
Ugo Woatzi
Charlotte Yonga
Elijah Ndoumbe
Su Cassiano
Emma Grima
Mariah Ivie Cutajar
and more*
Minħabba kwistjonijiet ta’ sigurtà reali ħafna li ħafna nies LGBTQIA+ jesperjenzaw fid-dinja, tnejn mill-fotografi parteċipanti għażlu li jibqgħu anonimi.
Ritratt ta’: Tanya Habjouqa | NOOR
Il-wirja tifforma parti mill-programm EuroPride 2023.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post