Rima Film Festival

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Rima Film Festival

12 October 2018 - 14 October 2018

Bla Ħlas

Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru 2018 – Il-Ħadd, 14 t’Ottubru 2018
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Dħul: B’xejn

Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi.

Ir-Rima Film Festival qiegħed jirritorna b’esebizzjoni ta’ films li jixhdu l-esperjenza suġġettiva u vasta tal-eżilju u l-immigrazzjoni.

Filwaqt li ċ-ċinema u l-mezzi tax-xandir jirrappreżentaw il-fenomenu tal-immigrazzjoni prinċiparjament bħala esperjenza negattiva, l-istejjer irrakkuntati matul dan il-festival b’mod mill-iktar sabiħ u intelliġenti jolqtu l-mistoqsijiet psikoloġiċi suġġettivi u temporali li l-eżilju janqal. Kruċjali huwa l-punt li kważi l-istejjer kollha huma definiti mir-rakkontaturi ewlenin– dawk li esperjenzaw l-eżilju.

Il-Festival tal-Films huwa parti mill-avvenimenti relatati mal-Esebizzjoni Rima to be [defined], li kienet żviluppata minn Virginia Monteforte (Kuratriċi), Kristina Borg (disinjatriċi tal-esebizzjoni) u Alexandra Galitzine-Loumpet (konsulenta kulturali), u qiegħed jidher bħala parti mill-programm kulturali għal Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura (Taqsima tal-Eżilju u l-Kunflitt). Il-Festival tal-Films igawdi l-appoġġ tal-UNHCR.

Il-films kollha huma b’xejn, iżda jeħtieġu reġistrazzjoni. Il-films kollha huma addattati għal udjenza ta’ 15-il sena ’l fuq.

 


Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottobru 2018, 7:30pm

Lejla ta’ films qosra BILJETTI

Marsapolis (2017, Malta, 10 mins)
Film qasir ambjentat ġewwa l-Marsa, Malta. Ibrahim, refuġjat żagħżugħ li qiegħed ifittex ir-raġuni, jiltaqa’ ma’ Catherine, bint immigrant li tinsab tfittex għeruqha. L-introduzzjoni mid-direttur Emmanuel Tut-Rah Farah se tkun segwita minn dibattitu qasir mal-crew u d-direttur. Żviluppat grazzi għall-Fond Rima.

Un gout sucre-salé (2018, Malta, 5 mins)
Catherine, fotografa Franċiża daqskemm Maltija waslet Malta sabiex issa, li missierha ħalliena, issir taf iżjed dwar l-istorja tiegħu tal-immigrazzjoni. Hi u tesplora ċ-Ċentru Miftuħ fil-Marsa, villaġġ fejn missierha tgħalem il-ħila tiegħu tan-negozju, tagħmel ħbieb ma’ Yam, immigrant Afrikan li jivvjaġġa lejn ix-xogħol bir-rota.

Iż-żewġ films li ġejjin ġew prodotti matul workshop ta’ filmati ġewwa Sudanese Migrant Association, il-Ħamrun, Malta, immexxi minn Sabine Küperu Thomas Büsch bħala parti mill-Festival Mahalla.

Hosana in Malta, minn Pawlos Yowhans
Il-Knisja Ortodossa Eritreana u Etjopjana ġewwa Malta qiegħda tiċċelebra Ħadd il-Palm. Film qasir ta’ Pawlos Yowhans.

Map of the Mediterranean, minn Heidi de Carlo
Il-poeżija Map of the Mediterranean tiddeskrivi l-forom tal-Baħar Mediterran mill-erba’ direzzjonijiet kardinali, f’relazzjoni mal-istorja ta’ niesu, inkluża l-immigrazzjoni antika u ta’ żmienna. Film qasir ta’ Heidi de Carlo.

 


Is-Sibt, 13 ta’ Ottobru 2018, 6:30pm

A Walnut Tree (2015, Dokumentarju, l-Olanda, 92 min), minn Ammar Aziz BILJETTI
Anzjan jinħakem minn nostalġija dwar pajjiżu li issa jinsab ’il bogħod imma li jixtieq jerġa’ lura lejh. Vittma ta’ ċaqliq intern minħabba fil-gwerra li għaddejja bejn l-armata Pakistana u t-Talibani, din il-familja hija mġiegħla tgħix ġewwa kamp, filwaqt li tinqabad bejn il-memorji ta’ ħajja aħjar, preżent xejn sikur u futur xejn sabiħ. Il-premju Fiprescimatul id-Documentarist Istanbul 2016, Grand Prix waqt id-Doker FF f’Moska, 2016, L-AħjarDokumentarjumatul is-Sole Luna Festival, ġewwa Palermo (2016), tismija speċjali waqt il-Festival Sole Luna ġewwa Milan (2016), it-trofew Ram Bahadurgħal L-Aħjar Film waqt il-Film Southasiafl-2015, il-kompetizzjoni IDFA għall-First Appearance Films Southasia, il-One World Int’l Human Rights Film Festival, Hot Docs, Sole Luna Doc, Human Rights Arts and Film Festival, Documentarist Istanbul, Sole Luna Palermo Doc Film Festival, FIRST International Film Festival Xining, Cine Migrante Barċellona; Festival International Jean Rouch, Pariġi – Prix Monde en Regards; KasselerDokumentarfilm und Video Fest – Tismija speċjali; Id-dokumentarji Les Escales; CinémaVérité.

Qabel dan il-film ser ikun hemm introduzzjoni mir-rappreżentant tal-UNHCR f’Malta s-Sr Kahin Ismail u vidjow qasir dwar il-ħidma tagħhom. 

 

The Order of the Things (2017, Drama, Franza, l-Italja, It-Tuneżija, 115-il min), minn Andrea Segre  BILJETTI
Dibattitu jsegwi l-introduzzjoni tal-Assistent Direttur DagmawiYimer. Corrado, pulizija li jservi lil Task Force Ewropea responsabbli għall-kontroll tal-immigrazzjoni, jinsab ġewwa l-Libja fuq xogħol. Waqt ronda notturna ġewwa d-deżert, huwa jiltaqa’ ma’ Swada, Somala żagħżugħa li telqet il-pajjiż tagħha mifni mill-gwerra bit-tama li tasal fl-Ewropa. Corrado jagħtiha xi ħaġa x’tiekol u x’tixrob qabel ma hija tkompli bil-vjaġġ tagħha. Biss, id-destin tagħhom issa jinsab marbut, u Corrado jispiċċa sabiex iħabbat wiċċu ma’ għażla: ikun fidil lejn l-ordnijiet li ngħata u lejn il-liġi, jew inkella jsalva ħajjet Swada.

 


Il-Ħadd, 14 ta’ Ottobru 2018, 6:30pm

Films qosra BILJETTI
Dan il-film huwa parti minn European Art Cinema Day 2018 fi Spazju Kreattiv.

Tout le Monde Aime le Bord de la mer (2016,  L-Olanda, 18-il min), minn Keina Espinera
Grupp ta’ rġiel qiegħed jistenna fix-xifer ta’ bosk mal-kosta, litteralment fil-limbu, għall-vjaġġ lejn l-Ewropa. Film jiġi ffilmajt hemmhekk u juri lill-irġiel jaġixxu kontra l-interessi tagħhom stess. Il-finzjoni u d-dokumentarju kontinwament jitħalltu flimkien. Miti mill-passat kolonjali jaħbtu ma’ ħolm għal futur aħjarġewwa l-pajjiż ta’ dak li kien l-oppressur.

Summertime (2007, l-Italja, 15-il min), minn Marcella Vanzo
Dibattitu jsegwi l-introduzzjoni mid-direttur. Xi mkien bejn iċ-ċinema u l-MTV, hawnhekk insibu traċċi ta’ vapuri, xemx u baħar jakkumpanjaw xeni tal-protagonisti ta’ dawn iż-żewġ movimenti paralleli: xena kkulurita ta’ mases lebsin il-bikini f’tiftixa għal vaganza esklussiva fil-Mediterran, u gruppi silenzjużi, kalmi imma maqbudin f’realtà oskura, jaqsmu l-Mediterran bit-tama li jsalvaw ġildthom. Il-filmat jibda u jagħlaq b’xeni ta’ dgħajjes imkissrin: li jiksbu status ta’ monument fuq l-isbaħ bajja ta’ Zákynthos, ikkonfiskati u mqegħdin fuq xulxin f’rokna moħbija ta’ Lampedusa.

———————————————————————

A Dysfunctional Cat (2018, Drama, il-Ġermanja, 93 min), minn Susan Gordanshekan  BILJETTI
Il-familja ta’ Mina tintroduċiha għal ftit irġiel ġewwa l-Iran li potenzjalment jistgħu jsiru żewġha. Ma taċċetta lil ħadd minnhom, sakemm tiltaqa’ ma’ Kian, kirurgu li vvjaġġa mill-Ġermanja sabiex isib mara. Mhijiex l-imħabba persè li ġġegħelha tagħtih il-kunsens tagħha, imma s-seduzzjoni ta’ ħajja ġewwa l-Ewropa. F’nofs it-tletinijiet, Kian jinsab iddisprat għal mara sabiex ħajtu tidher kompluta. Jieħu lill-għarusa l-ġdida tiegħu lejn il-Ġermanja, iżda li wieħed jiżżewweġ lil stranġier virtwali hija diffiċli iżjed minn kemm qatt setgħu jimmaġinaw.

Dettalji

Bidu:
12 October 2018
Tmiem:
14 October 2018
Prezz:
Bla Ħlas
Event Categories:
, ,

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Organizer

Rima

Other

Keywords Migration, Exile, Resistance