Rima: to be [defined]
- This event has passed.
Rima: to be [defined]
5 October 2018 - 4 November 2018
Bla Ħlasto be [defined] huwa proġett organizzat minn Rima li jartikola żewġ kunċetti ewlenin dwar il-migrazzjoni u l-eżilju: fuq naħa waħda, id-definizzjoni u l-kostruzzjoni, u fuq l-oħra, id-dekostruzzjoni u r-reżistenza.
Exhibition
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru 2018 – Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru 2018
Post: Spazju C u Main Staircase, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas
Il-proġett jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu r-rappreżentazzjonijiet u d-definizzjonijiet diversi li huma relatati ma’ dawk il-persuni magħrufa bħala “migranti”. “to be [defined]” jinvestiga wkoll il-mezzi, ir-retorika, ir-ritwali, id-diskorsi, il-limiti u l-banalitajiet, l-istituzzjonijiet, ix-xenarji immaġinarji u l-konnessjonijiet li jiffurmaw il-kunċett “migrant”, filwaqt li janalizza safejn din il-kostruzzjoni qed taffettwa l-ħajja u l-immaġinazzjoni tal-istess suġġetti. Min-naħa l-oħra, to be [defined] se tqis ukoll ir-reżistenza tas-suġġetti, jiġifieri kif dawn il-persuni jirnexxielhom jiksbu lura s-suġġettività u l-identità individwali tagħhom lil hinn mit-tikketta ta’ “migranti” li jingħataw. Dan l-att ta’ riklamazzjoni jista’ jseħħ permezz ta’ diversi atti ta’ reżistenza, kemm intimi kif ukoll pubbliċi, iżda kollha militanti, kollha rivoluzzjonarji, u kollha relatati ma’ xulxin.
Din il-wirja ġiet żviluppata minn Virginia Monteforte (kuratriċi), Kristina Borg (disinjatriċi tal-esibizzjoni) u Alexandra Galitzine-Loumpet (konsulent kulturali), u tifforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, Kapitali Ewropea tal-Kultura (parti mill-fergħa ‘Eżil u Konflitt’).
Rima se jospita wkoll Rima festival tal-films marbut ma’ din l-esibizzjoni, li se jseħħ bejn il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru u l-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2018, fiċ-Ċinema, Spazju Kreattiv.
Workshop mal-artist Guy Woueté
Data u Ħin: Is-Sibt, 6 ta’ Ottubru 2018, 6pm
Post: Studjow A, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas
Workshop flimkien mal-artist Guy Woueté dwar kunċett li tkun ‘migrant’ rappreżentata fix-xogħol tiegħu fl-esibizzjoni u mnebbħa ż-żjarat u l-istejjer li ġabar minn Calais.
Żjara ggwidata flimkien mal-artisti
Data u Ħin: Is-Sibt, 6 ta’ Ottubru 2018, 7.30pm
Post: Main Staircase u Spazju C, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas
Dibattitu: Libreria Griot
Data u ħin: Il-Ħamis, 18 t’Ottubru 2018 fis-7pm
Post: Studio Solipsis, ir-Rabat
Prezz: Bla ħlas
Taħdita u qari mal-antropologa Giulia Casentini u l-antropologa u l-librara Giulia Riva, mil-Libreria Griot, ġewwa Ruma. Il-lejla se tkun iddedikata għall-konsiderazzjoni tar-rabta antika li teżisti bejn Ruma u l-kontinent Afrikan fid-dawl ta’ kif din hija influwenzata mid-dinamiċità tal-inklużjoni u l-esklużjoni tal-ġurnata tal-lum, hekk kif xprunati mill-politika nazzjonali kontemporanja.
Taħdita: Narrating the Exile; Memory and History in Displacement
Data u Ħin: Il-Ħamis, 25 ta’ Ottubru 2018, 7pm
Post: Studjow B, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas
Tnedija tal-Ktieb
Data u Ħin: Is-Sibt 3 ta’ Novembru 2018, 7.30pm
Post: Spazju C, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas
Rima Film Festival
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru – Il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru 2018
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn, prenotazzjonijiet meħtieġa