Rosie

Loading Events
  • This event has passed.

Rosie

9 Settembru 2023 @ 8:30 pm

 

Biex tiċċelebra l-Europride f’Malta, il-Kummissjoni Għolja tal-Kanada għandha l-pjaċir tippreżenta Rosie, kummiedja b’mumenti drammatiċi b’direzzjoni tal-produttur tal-films Kanadiż tal-Métis Gail Maurice. Il-Kanada tiddefendi b’mod globali l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta’ persuni b’żewġ spirti, leżbjani, omosesswali, bisesswali, transġeneri, queer, intersesswali, u asesswali (2SLGBTQIA+). Id-drittijiet tal-bnedmin kollha huma universali u indiviżibbli. Kulħadd għandu jgawdi l-istess drittijiet fundamentali tal-bniedem, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali u l-identità u l-espressjoni tal-ġeneru tagħhom. Għax l-imħabba hija mħabba.

Fréderique (Bray), artista li qed titħabat tgħix f’Montreal fis-snin 80, tissorprendi ruħha meta tingħata l-kariga li tieħu ħsieb lil Rosie (Hill), it-tifla ż-żgħira ta’ oħtha li trabbiet magħha u li dan l-aħħar tilfet ħajjitha. Bl-iżgumbrament imminenti mill-appartament tagħha, u bl-ebda xewqa li ssir omm, hija teħtieġ tiddependi fuq il-familja magħżula tagħha — żewġ stilel tad-drag aspiranti Flo u Mo — biex jieħdu ħsieb lil-żagħżugħa enerġetika u jżommu lil Rosie barra mis-sistema tal-foster care li Fréderique stess ma kinitx taħmel.

L-ewwel storja mid-direttur Gail Maurice, ROSIE, hija kummiedja emozzjonanti u ġenwina li żgur se ssaħħar lill-udjenzi madwar id-dinja.

Fi sħubija ma’ / En collaboration avec

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free but booking is required
Konċessjonijiet
Free but booking is required
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1 hour 32 mins
Ċert
15
Lingwa
n/a
: