SACES – Architecture Student EXPO 2023

Loading Events

SACES – Architecture Student EXPO 2023

7 Ottubru 2023 - 5 Novembru 2023

L-EXPO tal-Istudenti tal-Arkitettura hija ċelebrazzjoni ta’ kulma tagħmel il-Fakultà għall-Ambjent Mibni fl-Università ta’ Malta.

Hija opportunità biex tiġi kkomunikata l-kreattività tal-istudenti lis-soċjetà permezz ta’ disinji, skizzi, grafiċi diġitali u mudelli arkitettoniċi. L-istudenti se juru x’tista’ tkun l-interpretazzjoni li jmiss tagħhom tal-ispazji u l-istrutturi u x’ambizzjonijiet hemm għad-dinja li ngħixu fiha.

Matul l-esebizzjoni, l-istudenti se juru xogħlijiet mill-irkejjen tal-fakultà, mid-Diploma fid-Disinn sal-livelli tal-Masters, fejn il-viżjoni tagħhom għal dan l-avveniment tmur lil hinn minn espożizzjoni sempliċi ta’ xogħlijiet tal-istudenti. L-għan huwa li tinħoloq relazzjoni bejn il-komunità arkitettonika tal-istudenti u l-pubbliku, li tagħti lok li x-xogħlijiet u r-riċerka tal-istudenti jinbidlu f’riżorsa għall-gżiritna.


Tim kreattiv
Kathryn Vella, Carla Cardona, Karl Sammut, Julian Vella, Abigail Debono, Len Abela Vassallo, Paula Scerri, Federica Formosa, Lara Grech, Andrea Azzopardi u Julian Cassar

Kollaboratur
Fakultà tal-Ambjent mibni, Università ta’ Malta

University of Malta - Compostela Group of Universities

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a