Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Science in the City 2019 at Spazju Kreattiv

27 September 2019

Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2019, 6pm – midnight 
Post:
L-atriju u Stujo A, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn.

Science in the City huwa l-festival ta’ Xjenza u l-Arti li hija ferm maħbuba f’Malta. Fis-27 ta’ Settembru dan il-festival jittrasforma l-Belt Valletta mis-6pm sa nofsillejl. Hemm avvenimenti għall-etajiet kollha minn tfal sa adoloxxenti għal professjonisti, b’kunċerti kreattivi tal-jazz, żfin newrodiversi, wirjiet tax-xjenza, magician, teatru tax-xjenza u aktar!

It-tema ta’ din is-sena hija “Ix-Xjenza hi INTI” li tirrifletti kif ix-xjenza hija mmirata lejn l-avvanz tal-individwu u kif ir-riċerka taffettwa lil kull wieħed minna. Spazju Kreattiv se jkollu platti taċ-ċeramika, wirjiet tal-pupazzi u esperimenti hands-on.

L-Atriju se jkollu pjanċi taċ-ċeramika minn studenti tal-Iskola San Anton li ġew ispirati minn żjara f’Marzu mal-ekoloġisti Prof David Mifsud u Simone Cutajar. Dan il-proġett Kreattiv kien immexxi minn More or Less Theatre u appoġġjat mill-Arts Council Malta.

Fi Studjo A, Kids Dig Science se jwettaq ‘Don’t cut the Orchids’, li huwa ispirat mill-iskoperta fl-2015 ta’ orkidej ġdid għax-xjenza u uniku għal Malta! Permezz tat-teatru tal-pupazzi u l-esperimenti li gew żviluppatti mal-NGO Green House, it-tfal jistgħu jiskopru kif jipproteġu dawn il-pjanti.

Għall-programm sħiħ tal-festival żur: www.scienceinthecity.org.mt

Science in the City @ Spazju Kreattiv hija parti mill-programm tal-attivitajiet ta’ STEAM @ Spazju Kreattiv.

 

Ritratti ta’ SITC 2018:  Elisa Von Brockdorff, Science in the City—European Researchers’ Night 2019 | Posters of 2019: Disinn ta’: UNGL Studio

Dettalji

Data:
27 September 2019
Event Category:

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Language Ingliż
Keywords Xjenza, Arti, Festival
Creative Team Dr Edward Duca (manager); Karen Fiorini (assistant manager); Angele Galea (Artistic Consultant - More or Less Theatre); Sean Briffa (Kids Dig Science puppeteer);
With the participation of Funded by the European Commission’s Research and Innovation Framework Programme, H2020 (2014-2020) Marie Skłodowska-Curie Actions.