Science in the City: European Researchers’ Night

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Science in the City: European Researchers’ Night

30 September 2016 @ 6:00 pm - 2 October 2016 @ 9:30 pm

Programm:

Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2016
6.00PM: Pupazzi: Inside Out and Marie Curie
6.30PM:Teatru tax-Xjenza (Sensiela dwar id-Dimensja): I Am Still Here
7.00PM: Malta Café Scientifique: Best Talks
7.00PM: Pupazzi: Inside Out and Marie Curie
8.00PM: Pupazzi: Inside Out and Marie Curie
8.00PM: Teatru tax-Xjenza (Sensiela dwar id-Dimensja): I Am Still Here
9.00PM: Cinexjenza: Still Alice (Postijiet limitati iżda ma jistgħux jiġu riżervati) 
9.30PM: Teatru tax-Xjenza (Sensiela dwar id-Dimensja): I Am Still Here
10.45PM: Diskussjoni mal-Professur Charles Scerri: Alzheimer’s Disease
Post: Kavallier ta’ San Ġakbu

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2016
8.00PM: Teatru tax-Xjenza (Sensiela dwar id-Dimensja): Il-Masġar tal-Allat Siekta
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Matul l-aħħar jum ta’ Settembru ta’ din is-sena, esperimenti, installazzjonijiet, u prestazzjonijiet se jżewġu l-arti, l-kultura u x-xjenza f’laboratorju kemmxejn differenti – il-Belt Valletta. U din is-sena, l-ispettaklu ta’ Science in the City se jiffoka fuq wieħed mill-aktar sistemi kumplessi fl-univers: il-moħħ.

L-inizjattiva li tqarreb ix-xjenza lejn il-palk teatrali, se twasslilna żewġ produzzjonjiet marbutin mat-tema tad-Dimensja. Teatru Anon se jippreżentaw I Am Still Here – xogħol li jiċċelebra il-ħajja u l-esperjenzi ta’ mara qabel ma’ ntlaqtet b’din il-marda kiefra. It-tieni produzzjoni teatrali, Il-Masġar tal-Allat Siekta, issegwi familja ta’ tlieta li qed jitqabdu mal-effetti u l-konsegwenzi tal-Alzheimer’s.

Science in the City tolqot ukoll lil min iħobb imur iċ-ċinema, bil-film Still Alice. F’dan il-film il-ħajja, il-karriera u l-familja tal-professura tal-lingwistika, Dr Alice Howland, tieħu tisbita meta, f’eta` pjuttost żgħira, tibda tinħakem ftit ftit mill-marda tal-Alzheimer. Il-Professur Charles Scerri se jkun qed imexxi diskussjoni fuq id-Dimensja wara l-film, u b’hekk titkompla s-sensiela popolari ta’ CineXjenza.

L-iskambju tal-informazzjoni u l-għerf hija fil-qalba tal-festival ta’ Science in the City, u għalhekk, l-inizjattiva Malta Café Scientifique se tkun qed twassal l-aktar taħdidiet stimulanti mis-sensiela tas-sena li għaddiet.

Science in the City għandu l-għan prinċipali li jolqot kull tip u xorta ta’ udjenza. Sean Briffa se jkun qed jieħu ħsieb li t-tfal ukoll ikollhom esperjenza mill-isbaħ permezz ta’ Inside Out and Marie Curie – fejn, flimkien ma’ S-Cubed, se jkun qed janima l-pupazzi f’din il-produzzjoni li tnebbaħ reazzjoni bejn ix-xjenza u l-art. U ma ninsewx ukoll li l-programm ta’ Science in the City ikompli tul ix-xhur ta’ wara bis-sessjonijiet popolari ta’ Kids Dig Science, ukoll marbutin mat-tema tal-moħħ u kif dan jirċievi u jipproċessa l-informazzjoni.

Aktar informazzjoni: http://scienceinthecity.org.mt/

Dettalji

Bidu:
30 September 2016 @ 6:00 pm
Tmiem:
2 October 2016 @ 9:30 pm
Event Categories:
,

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Cert Varjat
Language Ingliż
Creative Team Professur Alex Felice, Wilfred Kenely, Dr Edward Duca, Karen Fiorini (tim eżekuttiv ta’ Science in the City) Angele Galea (konsulenta tal-arti), Jugs Malta (loġistika)
With the participation of Joseph Galea and Professor Charles Scerri (Il-Masġar tal-Allat Siekta), Sean Briffa and S-Cubed (Inside Out and Marie Curie), Teatru Anon (I Am Still Here), Francesca Vassallo and Danielle M Farrugia (Malta Cafe Scientifique), Jessica Edwards and Malta Chamber of Scientists (CineXjenza), Jessica Edwards and Karen Fiorini (Kids Dig Science)