Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Songcraft – Sejħa miftuħa għal kantawturi żgħażagħ

11 February 2020 - 20 March 2020

Songcraft jirritorna wara s-suċċess tal-proġett pilota li seħħ matul is-sena l-oħra fejn sitt kantawturi żgħażagħ għaddew minn proċess ta’ mentorship ma’ tlett esponenti ewlenin tax-xena tal-mużika lokali. Din is-sena, se niftħu l-opportunità għal kantawturi promettenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena. Apparti mill-mentorship fejn il-parteċipanti magħżula se jiggwadanjaw esperjenza fil-parti kreattiva tal-ħolqien u eżekuzzjoni ta’ mużika ġdida, se jitgħallmu ukoll modi ta’ kif il-mużika tagħhom tista’ titwassal għand udjenzi potenzjali tagħhom.

Issottometti il-formula ta’ applikazzjoni sal- Ġimgħa 20 ta’ Marzu 2020 – data estiża. 

L-applikanti ser jiġu ikkuntattjati wara proċess ta’ selezzjoni.

Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq [email protected]

Din l-edizzjoni hija organizzata minn Spazju Kreattiv u Aġenzija Żgħażagħ.

Illustrazzjoni ta’ Luca Azzopardi

 

Songcraft 2019 Showcase

Dettalji

Bidu:
11 February 2020
Tmiem:
20 March 2020
Event Categories:
, ,

Other

Duration 2-3 xhur
Cert Kull età
Language Malti/Ingliż
Keywords mużika, żgħażagħ, kantawturi