Building the Musical Brain

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Building the Musical Brain

30 November 2015 @ 10:00 am

Il-Moħħ – Mużika – Edukazzjoni

Dati u Ħinijiet:
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2015, 10.00AM – 11.00AM
It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2015, 10.00AM – 11.00AM

Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Ibbażata fuq ir-riċerka tal-ktieb tagħha, Playing the Pathways of My Brain, il-pjanista u l-ambaxxatriċi tal-European Brain Council, Olga Bobrovnikova, ser tniedi l-metodu innovattiv tagħha dwar il-lingwa tal-mużika u kif dan jista’ jiġi mgħallem lil tfal mill-età żgħira ta’ tlett jew erbà snin.

Permezz ta’ metodi edukattivi li jirrivolvu madwar it-teknika ta’ ‘mirroring,’ it-tfal ser jiġu mħeġġa biex jesperimentaw u jeżaminaw il-fakultajiet mużikali naturali tagħhom. Il-metodu jibda meta tifel jew tifla tkun tista’ tirrepeti taqbila bl-amment waqt li jinżamm ritmu permezz ta’ ċapċip bl-idejn. Is-sistema hija mħejjija sabiex il-ġenituri jew il-qraba jkunu kapaċi jgħallmuha huma stess lit-tfal.

Wara li s-serje ta’ eżerċizzji jitlestew, it-tfal ikunu diġà kapaċi jdoqqu siltiet klassiċi qosra u sempliċi, kif ukoll ikunu kapaċi jifhmu kemm noti u kunċetti minuri u maġġuri dwar tonalità u espressjoni.

Dħul għal din il-preżentazzjoni huwa b’xejn iżda min jixtieq jista’ jagħti donazzjoni mal-bieb. Id-dħul se jmur kollu b’riżq l-MS Society. 

Dettalji

Data:
30 November 2015
Ħin:
10:00 am - 11:00 am
Event Categories:
,
Event Tags:
, ,

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Duration 60 min
Cert 3-5 snin
Language Ingliż
Creative Team Olga Bobrovnikova (pjanista), Multiple Sclerosis Society of Malta (organiżżaturi)