Shifting Contexts III – Call for Proposals


Shifting Contexts III – Call for Proposals
Shifting Contexts III huwa proġett tal-arti bbażat fuq ir-riċerka mmirat biex jesplora r-rwol kritiku tal-arti u l-kapaċità tagħha li twieġeb għal dinja li qed tinbidel malajr u tikkontribwixxi għad-diskors kontemporanju. Shifting Contexts III iħeġġeġ lill-artisti żgħażagħ jiżviluppaw proposta kreattiva li twieġeb għat-tema – ‘ILMA’.
L-artisti jistgħu jissottomettu l-proposta tagħhom jew individwalment jew bħala kollettiv tal-arti li jikkostitwixxi sa erba’ membri.
Il-kreattività tinvolvi li tħares lejn affarijiet familjari minn perspettiva kompletament ġdida u Shifting Context- għal darb’oħra taspira li tinkoraġġixxi u ssostni dan l-approċċ filwaqt li fl-istess ħin tfittex ukoll li tippromwovi prattiki kollaborattivi fl-arti. L-artisti u l-kollettivi parteċipanti jridu juru li rrispondew għat-tema permezz ta’ riċerka bbażata fuq il-prattika li tesplora approċċi innovattivi għat-teħid ta’ sens li jippermettu li joħorġu interpretazzjonijiet differenti.
Shifting Contexts III huwa proġett b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ.