Skeċċ – The National Short Play Festival
Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, VallettaIngħaqad magħna għal ċelebrazzjoni vibranti ta’ teatru innovattiv u differenti fil-5, 6 u s-7 ta’ Ġunju, 2025. Dan il-festival ġdid se jinkludi produzzjonijiet teatrali qosra, t'20 minuta-il waħda, bil-Malti jew bl-Ingliż, li qatt ma ttellgħu qabel, u li jesploraw kwistjonijiet kontemporanji u d-diversità kulturali. Il-produzzjonijiet li ntgħażlu se jittellgħu tliet darbiet fuq tlett ijiem f’postijiet differenti ġewwa, Spazju Kreattiv.