SOAR- Anatomy in Motion

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

SOAR- Anatomy in Motion

19 March 2016 @ 7:30 pm - 10 April 2016 @ 9:00 pm

Emozzjoni – Moviment – Poeżija 

Ftuħ: Is-Sibt 19 ta’ Marzu, 7.30PM
Għeluq: Il-Ħadd 10 ta’ April 2016

Post: Spazji Ċ1-Ċ4 (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Il-wirja hija l-frott ta’ proġett fotogafiku ta’ Charles Paul Azzopardi – proġett li ilu għaddej ħames snin, u li fih jiġbor erbgħa u erbgħin ritratt imfasslin fuq il-prattika tal-fotografija taż-żfin u l-arti performattiva.

Il-proġett għandu l-għan li jolqot kull settur billi jgħaqqad forom differenti tal-multimedia ma’ diversi kitbiet oriġinali li jmorru id f’id mar-ritratti. Għalkemm fin-natura tagħha din hija sekwenza, dawn il-’ prints fotografiċi u numru ta’ siltiet relatati, għandhom ukoll l-għan li joffru ċertu sens ta’ armonija melodika, u olistika, kemm fil-kontenut iżda anke fil-viżjoni traxxendenti tagħhom.

Fit-tmiem tal-proċess kreattiv ta’ dan il-proġett, wieħed jista’ jsib ż-żwieġ artistiku bejn il-fotografija u kitbiet poetiċi u oriġinali, kif ukoll sessjonijiet interattivi u taħditiet relatati mal-proġett. B’hekk, l-kuntest Malti fejn jidħol iż-żfin, il-kitba u l-fotografija jkun qed jitressaq taħt dawl li jħeġġeġ bżonn ta’ diskussjoni – bżonn fejn inħarsu ftit lejn l-istat ta’ dawn il-mezzi ta’ espressjoni. SOAR huwa biss imbuttatura estetika, moviment u reazzjoni għal dak il-bżonn.

 

Dettalji

Bidu:
19 March 2016 @ 7:30 pm
Tmiem:
10 April 2016 @ 9:00 pm
Event Categories:
, ,
Event Tags:
, ,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Cert Kull eta`
Keywords Fotografija - Żfin - Poeżija
Creative Team Charles Paul Azzopardi