Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Songcraft: The Young Singer-Songwriter Showcase

27 April 2019 @ 8:00 pm

€2

Data u Ħin: Is-Sibt, 27 t’April, 2019, 8pm
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €2 / dħul b’xejn (konċessjoni għall-istudenti)

Minn tħarbixa għal fuq il-palk!

Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv ingħaqdu sabiex joħolqu inizjattiva marbuta mal-qasam tal-mużika miktuba u mwettqa minn kantawturi żgħażugħa li għandhom bejn 16 u 18-il sena. F’Songcraft 2019 qed jieħdu sehem sitt żgħażagħ li bħalissa qegħdin jippreparaw għal spettaklu li se jseħħ fis-27 ta’ April, li se jiġbor flimkien it-talenti tal-parteċipanti kollha.

Il-kantawturi żgħażagħ tagħna – Mark Ciantar, Lara Micallef, Paolo Micallef, Maya Morrow, Bradley Spiteri, u Maria Vella – qed jaħdmu mal-mentors Alex Alden (kantawtriċi, membru tal-ġurija fuq X Factor Malta), Ivan Borg (Red Electrick), u Alison Galea (Etnika, Beangrowers, The Shh) sabiex jkomplu jtejbu t-talenti tagħhom u jimxu dejjem aktar lejn livell professjonali fil-karriera tagħhom, kif wkoll biex jippreparaw għal rappreżentazzjoni miftuħa għall-pubbliku li se sseħħ fi Spazju Kreattiv. Il-membri tat-tim tal-komunikazzjonijiet ta’ Spazju Kreattiv ukoll se jiggwidaw dawn il-parteċipanti żgħażagħ fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-mużika u t-tnedija tal-karrieri tagħhom, waqt li l-Youth Workers tal-Aġenzija Żgħażagħ se jsegwu l-progress tagħhom mill-qrib.

L-avventiment li jesponi t-talent ta’ dawn iż-żgħażagħ se jseħħ fis-27 ta’ April 2019. Il-biljetti jinsabu għal bejgħ issa. Dan l-ispettaklu jistiednek tisma’ l-materjal ġdid li qed joffru dawn il-kantawturi ġodda.

Nirringrazzjaw lill-mentors tagħna talli qed jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom ma’ dawn iż-żgħażagħ. Ibqgħu ċerti li x-xogħol u l-persistenza tagħhom se jġiegħel lill-kulħadd jkun kburi bihom!
Alexandra Alden, Ivan Borg, Alison Galea

 

Dettalji

Data:
27 April 2019
Ħin:
8:00 pm - 9:00 pm
Prezz:
€2
Event Categories:
, , ,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Songcraft+Showcase+Concert

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 60 mins
Creative Team Justin Galea Adrian Callus Alex Alden Ivan Borg Alison Galea Mark Ciantar, Lara Micallef, Paolo Micallef, Maya Morrow, Bradley Spiteri, u Maria Vella
With the participation of Aġenżija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv