STEAM @ Spazju Kreattiv

- This event has passed.
STEAM @ Spazju Kreattiv
29 September 2017 - 31 May 2018

Xjenza u Arti – STEAM – Teatru tal-Pupazzi
Postijiet: Ċinema, Studjow A, Studjow B, Teatru; Kavallier ta’ San Ġakbu
Prezzijiet: Is-sessjonijiet ta’ Kids Dig Science huma €6, ħlief is-sessjoni ta’ waqt Science in the City li hija b’xejn. Il-kumplament ta’ l-avvenimenti imsemija hawn huma b’xejn.
STEAM @ Spazju Kreattiv se jinkludi serje sħiħa ta’ attivitajiet li jinvolvu liċ-ċittadini fix-xjenza u fl-arti. Mit-teatru tal-Pupazzi għat-tfal sa arti tal-ħoss u film, hemm xi ħaġa għal kulħadd f’dan il-programm. L-NGO ewlenija wara dan il-programm hija l-Kamra Maltija tax-Xjentisti.
1. Science in the City (festival nazzjonali tax-xjenza u tal-arti)
Il-Ġimgħa 29 Settembru 2017, 6:00PM – 12:00AM
2. Malta Café Scientifique (jinkludi taħditiet u diskussjonijiet STEAM għal studenti u adulti u Ġimgħa tal-Għarfien tal-Moħħ – attività internazzjonali li tiffamiljarizza liċ-ċittadini mas-saħħa mentali)
Minn Ottubru 2017 sa Mejju 2018, 7PM – 10PM
3. ĊineXjenza (wiri ta’ films segwiti minn diskussjonijiet għal studenti u adulti)
Ottubru 2017 – April 2018, 7.00PM – 11.00PM
4. Kids Dig Science (teatru tal-pupazzi jiltaqa’ ma’ attivitajiet tax-xjenza, mmirati għal tfal 6+)
Ottubru 2017 – Mejju 2018, 3.00PM – 5.00PM