- This event has passed.
Stop Cutting the Orchids – Kids Dig Science 2018/19
13 April 2019 @ 3:00 pm
€6Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. Kids Dig Science hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom.
Data u Ħin: Is-Sibt, 13 t’April 2019, 3pm – 5pm
Post: Studjows A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6
Hemm madwar 40 speċi ta’ orkidea fuq il-Gżejjer Maltin; jeżistu orkidej ta’ kull lewn u oħrajn li jieħdu bosta forom strambi, kollha kemm huma fjuri mill-isbaħ. Fl-2015, il-botaniċi sabu li orkidea partikulari li tinstab biss f’Malta kienet speċi li qatt ma kienet ġiet irreġistrata qabel. Din l-ispeċi tikber biss fuq dan l-arċipelagu – ħaġa verament tal-għaġeb!
Sfortunatament bosta minn dawn l-ispeċijiet huma rarissimi. Hemm wkoll ċans li xi wħud minnhom huma estinti, sfortuna li hija marbuta mal-attivitajiet bla ħsieb tal-bnedmin.
Ingħaqad magħna waqt “Kids Dig Science” biex issir taf kif tista’ tgħin biex tipproteġi dawn il-pjanti u kif ttemm aktar qerda tal-habitat naturali tagħhom.