Storbju DIY Synthesizer Building Workshop

- This event has passed.

Storbju DIY Synthesizer Building Workshop
Data u ħin
Il-Ħamis 9 ta’ Diċembru 2021, 6.30pm
Storbju Terramaxka u Noise Monger huwa apparat elettroniku li jiġġenera ħsejjes elettroniċi u li ġew ikkommissjonati Electronic Music Malta. Dawn ġew iddisinjati minn Mike Desira (bl-għajnuna ta’ Frank Cachia fil-kas tad-disinn tal-PCB tan-Noise Monger).
Waqt dan il-workshop, Mike Desira ħa jintroduċi l-bini ta’ apparat elettroniku li jiġġenera ħsejjes tal-mużika elettronika, liema apparat jinstab fis-suq fil-forom ta’ ‘DIY kits’. Eżempju ta’ apparat bħal dan huwa ‘Storbju Noise Monger’ u għal dan hemm bżonn ta’ ħiliet bażiċi tal-issaldjar. Edwin Balzan ħa jintroduċi wkoll ‘shell cases’ magħmula bit-3d printing għan Noise Monger u Terramaxka.
Stazzjonijiet tal-issaldjar se jkunu disponibbli, dawn għal parteċipanti li xtraw il-kit ta’ ‘Storbju Noise Monger’.
Storbju Terramaxka u Noise Monger huma disponibbli għall-bejgħ mis-sit circuitsmalta.com.
Creative Team: Edwin Balzan, Mike Desira & Frank Cachia
Electronic Music Malta hija appoġġjata mill-Kunsill għall-Arti ta’ Malta. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm Circuits fi Spazju Kreattiv.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali