Storbjużi Gathering

- This event has passed.

Storbjużi Gathering
Data u ħin
L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2022, 6.30pm
Storbju Terramaxka u Noise Monger huwa apparat elettroniku li jiġġenera ħsejjes elettroniċi u li ġew ikkommissjonati Electronic Music Malta.
Dawn ġew iddisinjati minn Mike Desira (bl-għajnuna ta’ Frank Cachia fil-kas tad-disinn tal-PCB tan-Noise Monger). In-Noise Monger ġie introdott fil-forma ta’ ‘DIY Kit’ f’Diċembru tal-2020, fil-waqt li t-Terramaxka ġie introdott ħdax-il xahar wara.
F’dan l-avveniment pubbliku bla ħlas, Edwin Balzan minn Electronic Music Malta, se jispjega modi kif hu għamel użu minn dal-apparat f’dawn l-aħħar xhur waqt diversi okkażjonijiet u avvenimenti mużikali. Balzan ħoloq qoxra ta’ barra tan-Noise Monger permezz tat-teknoloġija tad-3d Printing kif ukoll ħoloq mezz kif iqabbad dan-apparat ma’ analogue sequencer.
Balzan, flimkien ma’ Mike Desira u Frank Cachia, ħa jkunu qegħdin iwieġbu għal mistoqsijiet millkomunita ta’ dawk li diġa għandom dan it-tip ta’ apparat.
Electronic Music Malta hija appoġġjata mill-Kunsill għall-Arti ta’ Malta. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm Circuits fi Spazju Kreattiv.
Tim Kreattiv: Electronic Music Malta, Edwin Balzan, Mike Desira, Frank Cachia u Conrad Vassallo
Imsieħba: Spazju Kreattiv u Arts Council Malta