Storjakanta tal-Milied
- This event has passed.
Storjakanta tal-Milied
One event on 11 Diċembru 2020 at 8:00 pm
One event on 12 Diċembru 2020 at 5:30 pm
One event on 12 Diċembru 2020 at 8:00 pm
One event on 13 Diċembru 2020 at 4:30 pm
One event on 13 Diċembru 2020 at 7:00 pm
Dati u Ħin
Il-Ħadd 6 ta Diċembru 2020, 7pm
Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2020, 8pm
Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 5.30pm u 8pm
Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 4.30pm u 7pm
STORJAKANTA jisponta mill-kunċett tas-serata mużiko-letterarja tradizzjonali, iżda jgħawwiġha, jdawwarha u jlewwinha b’tali mod illi kważi kważi lanqas tibqa’ tingħaraf.
Dan il-proġett ilu jittella’ għal dawn l-aħħar 3 snin, iżda dan ta’ din is-sena huwa spettaklu b’differenza u b’tema: dik tal-Milied. Fil-produzzjonijiet li għaddew, STORJAKANTA żewweġ il-kitba tal-istejjer qosra ta’ Trevor Żahra mal-kanzunetti oriġinali tal-kantawtrici Corazon u l-attur versatili Joseph Galea, bi skript divertenti li jgħaqqad dawn ix-xogħlijiet flimkien. L-ispettaklu huwa wieħed ħafif li kultant tista’ ssejjaħlu komiku, għalkemm id-drammatiċità ma tonqosx. Għal din l-edizzjoni speċjali ta’ STORJAKANTA, il-kunċett se jitwessa’ aktar bis-sehem ta’ kor tat-tfal li se jinterpreta għanjiet tal-Milied maghrufin bil-Malti li jikkumplimentaw l-istejjer qosra irreċtati li Trevor Żahra kiteb apposta b’rabta ma’ din it-tema.
Bħala parti mis-sensiela Taħdita Teatru, se ssir diskussjoni wara l-performance tas-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020.
TIM KREATTIV
Trevor Zahra, Corazon Mizzi, Joseph Galea, Neville Refalo, Martina Galea Loffreda, Abigail Brown, John Vassallo.