Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Strange Continuities – Public Presentation

13 April 2019 @ 10:30 am

Data u Ħin: Is – Sibt 13 t’April, 2019, 10.30am
Post:
Studjow B
Dħul b’Xejn 

Din il-preżentazzjoni turi r-riżultati tal-proġett ‘Strange Continuities’, ir-reżidenza ta’ Dr Lee Campbell li qed isseħħ tul ġimgħatejn fi ħdan l-iSpazju Kreattiv f’April 2019. L-għan tar-residenza huwa li ssir azzjoni kollaborattiva bejn il-komunità ta’ persuni Maltin li huma nieqsa mid-dawl, akkademiċi li qed jaħdmu fid-Dipartiment għall-iStudju dwar id-Diżabbiltà fl-Università ta’ Malta, u ħames studenti mill-kors tal-BA fit-Teatru u r-Raprezentazzjoni. Dawn il-parteċipanti ġew mistiedna minn Campbell sabiex jieħdu sehem f’workshops (magħrufa bħala ‘esplorazzjonijiet’) li jesploraw il-pedagogija multi-sensorja: il-ħoss, is-smigħ, u l-vista batuta. Strange Continuities jifforma parti minn proġett usa li jutilizza metodi diversi ta’ riċerka: ‘You Don’t Need Eyes to See You Need Vision.’ Dan il-proġett, li twaqqaf fl-2015, beda wara li student bil-vista batuta irreġistra għal kors tal-Arti offrut minn Campbell.

Dan l-avveniment huwa mmirat lejn udjenza ta’ 18-il sena u ‘l fuq

Aktar informazzjoni dwar Lee Campbell u l-proġett ta’ residenza tiegħu: https://www.kreattivita.org/en/artists-residency/lee-campbell/

Dettalji

Data:
13 April 2019
Ħin:
10:30 am - 11:30 am
Event Categories:
,

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Duration 60 minuta
Cert U
Language Ingliż
Creative Team Lee Campbell