Subotnick – Portrait of an Electronic Music Pioneer

- This event has passed.
Subotnick – Portrait of an Electronic Music Pioneer
Electronic Music Malta tippreżenta l-wiri tal-premiere tad-dokumentarju Subotnick: A Portrait of an Electronic Music Pioneer. Subotnick jesplora l-ħajja ta’ pijunier tal-mużika elettronika, Morton Subotnick. Dan il-personaġġ, li llum għandu disgħin sena bena kult ma’ ġenerazzjoni ġdida illi illum tagħrfu bħala l-missier tal-mużika ‘Techno’.
Bi pretazzjonijiet minn Subotnick maħluqin fuq ħoss ‘Surround’ u kkumplimentati b’effetti psikedeliċi permezz tal-hekk imsejjaħ effett tad-dawl likwidu, Subotnick joffri esperjenza multimedjali li titratta u tiċċelebra wieħed mill-aktar kompiżituri influenti li għadhom fostna fid-dinja tal-lum. Qabel id-dokumentarju, l-artist lokali Dr Zicotron ħa jagħmel prestazzjoni permezz tas-sinthesizer modulari. L-organizzazzjoni volontarja Electronic Music Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv kif ukoll parti mill-programm ta’ Circuits 2023.