
- This event has passed.
SURA
SURA hija kollezzjoni ta’ pupi maħdumin bl-idejn bl-ilħna u l-istejjer tagħhom. Kull pupa hija attentat biex nifhmu il-għaliex il-bniedem iħoss il-bżonn li joħloq oġġett fix-xbieha tiegħu.
Il-pupi jokkupaw spazju x’imkien bejn l-inanimat u l-ħaj. Fil-logħob, jieħdu s-sura ta’ karattri li nistgħu nimmanipulaw. F’idejn ix-Xaman isiru strumenti ta’ interċessjoni divina, jfuru b’qawwiet u allat. Fit-terapija jieħdu post dawk li tlifna jew dawk li weġġgħuna. Il-karattru tagħhom jinbidel skont għand min ikunu. Mela allura x’jiġri meta ma jitkellmux iktar?
F’SURA, uħud mill-pupi ġew bil-kumpanija filwaqt li oħrajn baqgħu weħidhom. Kull waħda minnhom titkellem dwar appartenenza u t-twarrib u t-tkeċċija, dwar il-ġenituri spiritwali u l-gwardjani.
TIM KREATTIV
PUPI
Glen Calleja, Lori Sauer
STEJJER
Clare Azzopardi, tradotti minn Albert Gatt
DISINN TAL-ĦOSS
Matyou Galea
TIM TA’ PRODUZZJONI
Giola Cassar, Karl Andrew Micallef, Aaron Bezzina, Jamie Barbara, Stefan Spiteri, Brendon Gauci
KURATUR
Elyse Tonna
FOTOGRAFU
Elisa von Brockdorff