Synth Meet + AGM
- This event has passed.
Synth Meet + AGM
Nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju 2023, l-għaqda volontarja Electronic Music Malta (EMM) ħa torganizza attivita li ħa tikkonsisti f’‘Synthesizer Meet-Up’ flimkien ma’ laqgħa ġenerali annwali tal-istess għaqda għas-sena li għaddiet (2022).
Peress li t-terminu tal-kumitat preżenti jiskadi s-sena d-dieħla mhux ħa jittieħdu nominazzjonijiet għall-kumitat, pero ħa tiġi diskussa l-ħidma t’ EMM fl-2022, is-sitwazzjoni u attivita finanzjarja fl-2022, ħa tiġi wkoll imnedija ufficjalment l-identita’ ġdid viżiva ta’ EMM, u ħa jiġu ppreżentati l-pjanijiet għal din is-sena (2023).
Fil-parti finali ta’ din l-attivita’, ħa jiġu wkoll mistiedna kemm membri ta’ EMM kif ukoll il-pubbliku in ġenerali sabiex iġibu magħhom synthesizers, drum machines u apparat mużikali elettroniku ieħor f’wirja miftuħa ta’ synthesizers u drum machines. Din il-wirja ħa tikkonsisti f’demostrazzjonijiet, ‘jamming-sessions’ miftuħin u anke ‘networking sessions’ fejn dawk li għandom interess jitgħallmu iżjed fuq il-mużika elettronika jistgħu jitħalltu ma’ artisti b’esperjenza f’dan il-qasam.
Id-dħul għal din l-attivita’ ħa jkun b’xejn.
Programm:
– 6.00pm sa 7.30pm: Laqgħa Ġenerali Annwali
– 7.30pm sa 9.00pm: Wirja Miftuħa ta’ Synthesizers u Drum Machines
Aġenda għall-Laqgħa Ġenerali Annwali:
– Ħarsa lejn il-ħidma ta’ EMM fl-2022
– Finanzi tal-Għaqda tul l-2022
– Tnedija tal-Identita’ Viżiva Ġdida ta’ EMM
– Pjanijiet ta’ Ħidma u Attivitajiet fl-2023
Informazzjoni fuq il-Biljetti