Tarah Wiċċ Alla


Tarah Wiċċ Alla
22 Marzu 2024 - 30 Marzu 2024
Grupp ta’ persuni dilettanti tal-palk, qed jippreparaw għad-dramm tal-passjoni fil-kommunita’ tagħhom. ‘Consummatum Est’ huwa x’aktarx qrib l-elf dramm li jsiru f’dawn iż-żminijiet.
Waqt il-provi tiżviluppa sitwazzjoni li tagħmel dan id-dramm differenti mid-disa’ mija u disa’ w disgħin l-oħra. Min jieħu ħsieb il-props qiegħed jeħodha fit-tul sabiex iġib il-maktur li fuqu l-Veronika tistampa wiċċ Kristu. Għandha bżonnu bħall-ħobż sabiex tagħmel il-provi bih. Dan il-wiċċ irid ikun jixbah lill-attur prinċipali, imma wkoll irid ikun stampat jew impitter bl-aktar mod tajjeb. Wara jkollox dan wiċċ Alla. Din diffikulta kbira għal ‘Consummatum Est’. Jista jkun hemm problemi akbar minn din? Il-Veronika ser tarah wiċċ Alla?
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)