Teatr-Ejn

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Teatr-Ejn

8 April 2016 @ 8:00 pm - 9:20 pm

€12 – €15
Performer of the Teatr-ejn 2016

Diżabilità – Omofobja – Perċezzjoni Soċjali

Dati u ħinijiet:

Il-Ħamis 7 ta’ April 2016, 8.00PM,
Il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, 8.00PM,
Is-Sibt 9 ta’ April 2016, 8.00PM,
Il-Ħadd 10 ta’ April 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Bħalma jimplika l-isem stess, Teatr-ejn, hija produzzjoni teatrali ta’ żewġ drammi Maltin: ‘It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla’ u  ‘Inverżjoni’. It-tnejn li huma ġew mogħtija l-ewwel premju fis-Social Theatre Festival, mwaqqaf minn Aġenzija Żgħażagħ u organizzat mill-Malta Drama Centre, fl-edizzjonijiet tal-2012 u 2013, rispettivament.   

‘It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla,’ miktub minn Andre’ Mangion, huwa dramm li jirrakkonta l-ġrajja ta’ Terry. Minkejja li ’l-ġuvnott huwa awtistiku,  huwa juża l-abbiltajiet tiegħu biex jikkumbatti l-mewġ tal-ħajja. Kemm il-mewġ tal-passat, kif ukoll il-preżent tempestuż.

Min-naħa l-oħra, Stefan Magri, jippreżentalna ‘Inverżjoni’ – dramm dwar ir-relazzjoni bejn is-sesswalità u l-imħabba – kumment soċjali dwar il-perċezzjoni tal-orjentazzjoni sesswali, u l-libertà, jew aħjar in-nuqqas tagħha, li wieħed juri verament min hu.

Nota qasira dwar il-prezz tad-dħul: 

Sa nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2016, data inkluża, kull biljett se jkun qiegħed jinbiegħ bi prezz ridott ta’ €12.00.
Il-prestazzjoni li se ssir nhar il-Ħamis 7 ta’ April 2016 biss għandha prezz speċjali ta’ €12.00.

Dettalji

Data:
8 April 2016
Ħin:
8:00 pm - 9:20 pm
Prezz:
€12 – €15
Event Categories:
,
Event Tags:
,
http://ticketengine.sjcav.org?eventname=TeatrEjn

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 80 min
Cert 16+
Language Malti
Creative Team Inverżjoni: Tyrone Grima (direttur), Stefan Magri (kittieb) It-Tfajjel ta' Fuq il-Bandla: Josette Ciappara (direttriċi), Andre' Mangion (kittieb)