The 34th – Irish Film Days

Loading Events

The 34th – Irish Film Days

26 Settembru 2023 @ 7:30 pm - 9:00 pm

“The 34th” tirrakkonta l-istorja tal-persuni bieżla u ddedikati li ffurmaw Ugwaljanza fiż-Żwieġ fl-Irlanda u żviluppawha f’forza bażika effettiva ħafna b’għan wieħed ċar f’moħħ dak li jkun – l-estensjoni taż-Żwieġ Ċivili għal koppji tal-istess sess. Permezz ta’ intervisti li jiżvelaw u materjal ta’ arkivju, ex membri tal-bord u persunal jiddeskrivu it-tfassil ta’ strateġiji, il-battalji ħarxa, il-korruzzjoni kbira u l-ispiża personali għat-tmexxija ta’ tali kampanja li tikkonsma kollox.

Mill-kawża KAL (Katherine Zappone & Ann Louise Gilligan) għal votazzjoni IVA fit-22 ta’ Mejju 2015, dan id-dokumentarju jkopri għaxar snin u jispiċċa fl-34 emenda tal-kostituzzjoni Irlandiża, li tippermetti ż-żwieġ bejn il-persuni tal-istess sess.

Il-film infetaħ fil-25 Festival Internazzjonali tal-Films LGBT ta’ GAZE, fejn ġie enfasizzat mill-panel bħala l-film li l-aktar inkorpora l-ispirtu tal-festival u ġie onorat bil-“Spirit of Gaze Award” flimkien mal-“Audience Award”.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free but booking is required
Konċessjonijiet
Free but booking is required
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
12A
Lingwa
n/a
: