
- This event has passed.
The Acrobat
9 February 2019 @ 8:00 pm - 23 February 2019 @ 8:00 pm
€10 – €17.5
Dati u Ħinijiet
Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2019, 8pm
Il-Ħadd, 10 ta’ Frar 2019, 8pm
Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar 2019, 8pm
Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2019, 8pm
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar 2019, 8pm
Il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar 2019, 8pm
Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2019, 8pm
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: L-ewwel żewġ serati: €15 Stalls, €10 Balcony
Il-bqija tas- serati: €17.50 Stalls, €13 Balcony
18+ Il-produzzjoni għandha mumenti ta’ lingwaġġ qawwi u nudita’
Lingwa: Ingliż
L-Akrobata hu ħalliel professjonali, b’mijiet ta’ serqiet imwettqa, iżda meta darba minnhom isib ruħu maqbud ġewwa villa ta’ raġel misterjuż, seduttiv daqs kemm hu letali, jirrealizza li l-pulizija, wara kollox, mhumiex l-agħar nies taħt min jista’ jaqa’. Vincent de Saint-Bonnet, min-naħa l-oħra hu raġel sinjurun, b’ħafna sigrieti, iżda bi ftit ħeġġa biex jibqa’ jgħix. Forsi dak il-ħalliel żagħżugħ jaf jerġa’ jqanqal xi xrara ta’ dawl fil-ħajja tiegħu?
Ħalliel li qed ifittex sikkina tiswa l-eluf, antikwarju ta’ ‘l fuq minn mitt sena, għal min is-sikkina tfisser oġġett ta’ . . . valur inestimabli. Kull wieħed minnhom b’tir fiss f’moħħu u xejn mhu se jżommu milli jilħqu. Lanqas attrazzjoni inkredibli li jaqaw fiha, li twaqqagħhom fi dwell, miġġieled fuq gideb u seduzjoni.
Bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti – MAF Project Fund.