The Complete History of Europe (More or Less) (għall-iskejjel)
- This event has passed.
The Complete History of Europe (More or Less) (għall-iskejjel)
25 October 2016 - 28 October 2016
€5Part mill-programm għall-iskejjel
Dati and ħinijiet:
It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2016, 9.30AM
L-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2016, 9.30AM
Il-Ħamis 27 ta’ Ottubru 2016, 9.30AM
Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2016, 9.30AM
Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Minn żmien il-Bronż sal-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea, The Complete History of Europe (More or Less) teħodna tul is-sekli tal-istorja kumplessa u intriganti tal-Ewropa, permezz ta’ rakkonti tassew divertenti, tad-daħk u fl-istess waqt, informattivi. Il-preżentazzjoni hija mwassla minn par ta’ atturi-kummidjanti hu mlibbsa minn oġġetti li janimaw ’il fuq minn erba’ millenji ta’ storja. Udjenzi ta’ kull età, kemm jekk huma midħla tal-istorja u anke jekk le, se jkunu jistgħu jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-aktar avvenimenti u persunaġġi importanti tul dawn is-snin, fi spettaklu li kapaċi jgħallem filwaqt li jifqa’ bid-daħk.
Dan il-proġett huwa parti mir-repertorju ta’ ŻiguŻajg u qiegħed jiġi ppreżentat b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.
Dan l-avveniment huwa miftuħ għall-iskejjel biss. Skejjel interessati huma mitlubin jimlew il-formola billi jagħfsu hawn.