
- This event has passed.
The Favourite
30 January 2019 - 24 February 2019
€6 – €7
Dati u Ħin:
L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar, 2019, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 1 ta’ Frar, 2019, 8.30pm
Is-Sibt, 9 ta’ Frar, 2019, 8.30pm
Il-Ħadd, 10 ta’ Frar, 2019, 6.30pm
Is-Sibt, 16 ta’ Frar, 2019, 8.30pm
Il-Ħadd, 24 ta’ Frar, 2019, 6.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)
Yorgos Lanthimos (The Lobster, The Killing of a Sacred Deer) qiegħed jirritorna permezz ta’ The Favourite, bil-parteċipazzjoni ta’ cast eċċezzjonali ‒ Olivia Colman, Rachel Weisz u Emma Stone.
L-Ingilterra tal-bidu tas-seklu 18 tinsab fi gwerra mal-Franċiżi. Minkejja kollox, il-ġiri bil-papri u l-iffangar fil-pineapple għadhom mill-iktar popolari. Ir-Reġina Anna (Olivia Colman), reġina b’karatteristiċi mill-iktar dgħajfin, tokkupa t-tron filwaqt li l-ħabiba qrib tagħha, Lady Sarah (Rachel Weisz), tmexxi l-pajjiż
minflokha waqt li fl-istess ħin tieħu ħsieb is-saħħa tabilħaqq fraġli tal-istess Anna u t-tempra xejn prevedibbli tagħha. Meta titfaċċa serva ġdida, Abigail (Emma Stone), il-ħlewwa tagħha tiġbed lil Sarah.
Għaldaqstant din tagħmilha l-missjoni tagħha li tiggwidaha, u hawnhekk Abigail tagħraf l-opportunità li se tippermettilha tirritorna lejn l-għeruq aristokratiċi tagħha. Hekk kif l-avvenimenti politiċi tal-gwerra jieħdu ħafna mill-ħin prezzjuż ta’ Sarah, Abigail tibda taqdih hi l-irwol tal-kumpann tar-Reġina. Il-ħbiberija dejjem tiffjorixxi ta’ bejn it-tnejn tagħtiha l-opportunità sabiex tilħaq l-aspettattivi u l-ambizzjonijiet tagħha, u taħlef li l-ebda mara, raġel, politika jew fenek mhu se jxekkilha milli tagħmel dan!