Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

ONE | SIX Master of Fine Arts in Digital Arts Exhibition 2019

1 June 2019 - 30 June 2019

Dati : Is- Sibt 1 ta’ Ġunju 2019 – Il- Ħadd 30 ta’ Ġunju 2019
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas

ONE in SIX hija l-manifestazzjoni tal-kors ta’ sentejn tal-Maġisteru fl-Arti bi programm fl-Arti Diġitali, imwettaq minn sitt studenti fl-Università ta’ Malta. Bħala wirja tal-gradwati, ix-xogħol muri huwa l-kulminazzjoni ta’ riċerka bbażata fuq il-prattika f’oqsma diversi bħall-memorja, l-arkivji, ir-realtajiet distopiċi u l-etnografija.

L-MFA fl-Arti Diġitali huwa programm li hu bbażat fuq il-prattika, huwa premju ta’ wara l-lawrja fil-prattika u t-teorija tal-arti diġitali. Fih jiġbor ambjent ta’ tagħlim fejn it-tradizzjonijiet u prattiċi ġodda jikkonfrontaw u jinfluwenzaw lil xulxin fuq qafas kuntestwali, kulturali u teoretiku. Din is-sena, kull student tal-MFA uża varjetà ta’ teknoloġiji mħalltin ma’ diversi materjali u proċessi, bħall-fotografija, l-ipprintjar 3D, il-vidjografija, l-iskultura u installazzjonijiet b’materjali mħalltin, sabiex permezz tagħhom, jikkomunika s-sens tal-arti tiegħu.

L-esebizzjoni ONE in SIX tirrifletti l-ħajja f’dinja li aktar ma jmur, aktar hija kkontrollata mill-ambjenti diġitali. Kuljum, kull wieħed minna jiġġenera ammont kważi innumerabbli ta’ interazzjonijiet f’dawn l-ambjenti. Kull azzjoni f’dawn l-ambjenti tħalli traċċi diġitali. Il-pożizzjonijiet artistiċi fl-esebizzjoni ONE in SIX jistaqsu b’mod kritiku dwar l-ambivalenza ta’ din il-ħajja f’dinja diġitali. Diversità tematika ta’ din ix-xorta hija segwita minn trasformazzjoni fil-modi kif nifhmu x-xogħlijiet artistiċi, aħna u nitbiegħdu mill-avviċiniment tradizzjonali lejn l-arti viżwali u diġitali, u nagħtu aktar attenzjoni lill-pretesti, il-paratesti u l-kuntesti li jikkostitwixxuha. Għalhekk, wieħed jikseb aċċess imġedded għal mistoqsijiet ambjentali u ontoloġiċi dejjem aktar urġenti.

L-esebizzjoni ONE in SIX se ssir fi Spazju Ċ fi Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, bejn l-1 u t-30 ta’ Ġunju, 2019.

Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju, 2019, 6pm ser ikun hemm taħdita mill-artisti bħala parti mis-sensiela Art Additives.

Dettalji

Bidu:
1 June 2019
Tmiem:
30 June 2019
Event Category:

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Creative Team Department of Digital Arts of the Faculty of Media and Knowledge Sciences at University of Malta (KOLLABORATURI)
With the participation of Anthony Cassar, Lionel Cassola, Etienne Farrell, Charlene Galea, Julia Galea, Thomas Scerri (ARTISTI)