The Sound of Belgium

- This event has passed.
The Sound of Belgium
17 December 2016 @ 8:00 pm
€5 – €7
Wirja ta’ dokumentarju u taħdita
Data u ħin: Is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2016, 8.00pm
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Electronic Music Malta tippreżenta l-wiri tad-dokumentarju “The Sound of Belgium” li jitratta l-istorja tal-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika ġewwa l-Belġju.
Dan id-dokumentarju jispjega l-oriġini tax-xena tad-divertiment fil-Belġju fejn, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, tfaċċaw diversi swali taż-żfin mgħammrin b’orgnijiet kbar ‘Decap’. Aktar tard, fil-bidu tas-snin tmenin, xogħlijiet minn gruppi elettroniċi minn dal-pajjiż bdew jagħmlu isem fil-kuntest internazzjonali, b’siltiet popolari bħal ‘Popcorn’, fost l-oħrajn.
Kien fl-aħħar tas-snin tmenin meta ġo dan il-pajjiż żgħir inħoloq stil mużikali elettroniku ġdid imsejjaħ “New Beat” li wassal għat-twelid ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ kompożituri, ‘dj’s’ u arranġaturi li ‘l quddiem kellhom iħallu impatt kbir fuq il-mużika elettronika dinjija għal diversi snin.
Ta’ min wieħed jgħid li diversi artisti u sidien ta’ tikketti tad-diski li jidhru f’dan id-dokumentarju għandhom rabta max-xena tal-mużika elettronika ġewwa pajjiżna. Taħdita ma’ membri tal-EMM se sseggwi l-wirja ta’ dan id-dokumentarju.
Nota fuq il-prezzijiet
Biljetti għal membri tal-Karti tal-Isħubija tal-Programm taċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv, u membru tal-Electronic Music Malta jiswew €5.00. Il-prezz normali huwa ta’ €7.00