Thirst

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Thirst

15 February 2018 @ 8:00 pm

Data u Ħin: Il-Ħamis 15 Frar 2018, 8pm
Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: Dħul b’xejn imma l-postijiet huma limitati.

Thirst (Għatx) bdiet b’serje ta’mixjiet, li ġabru l-ftit fdalijiet misjuba mifruxin madwar il-gżira. Dawn jgħajtu mingħajr ma jagħmlu ħoss fuq il-franka fir-rivoluzzjoni kontra l-iżvilupp kontinwu fil-gżira tagħna. Hekk kif tinbena l-ġebla, il-memorji jiżżarmaw. Din ir-rappreżentazzjoni  turi l-inviżibbli u bl-użu tal-ġisem bħala post li jġorr il-memorja, tesplora l-għatx għas-sensazzjoni ta’ dar.

Din il-biċċa ġiet imfassla fis-Solo Lab Mentoring Programme immexxi minn Rosalyn Maynard, fundatriċi ta’ The School of Experiential Learning, ir-Renju Unit. Dan jikkonsisti minn programm intensiv tal-laboratorju ta’ mentoring li jirriċerka s-somatika biex jinħolqu r-rappreżentazzjonijiet; is-somatika hija definita bħala qasam fi ħdan it-terapija bil-ġisem (bodywork) u l-istudji tal-moviment li jenfasizzaw il-perċezzjoni fiżika interna u l-esperjenza.

Rebecca Camilleri hija artista tar-rappreżentazzjonijiet, ibbażata bejn Malta u l-Messiku. Il-proċessi tagħha jinvolvu li tieħu azzjonijiet u esperjenzi mill-ħajja ta’ kuljum minn relazzjonijiet bejn il-bnedmin; ir-riżultati huma rappreżentazzjonijiet fiżiċi, intimi u viżwali. Rebecca ggradwat mid-Dartington College of Arts, ħadmet fl-Iskola tal-Arti Performattiva, l-Università ta’ Malta u hija membru fundatur ta’ rubberbodies collective.

Thirst hija appoġġjata mill-Kunsill Malti għall-Arti – Għotja tal-Iżvilupp Professjonali.

Dettalji

Data:
15 February 2018
Ħin:
8:00 pm - 9:00 pm
Event Categories:
,

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Duration 60 mins
Cert Kull età
Language Ingliż
Creative Team Rebecca Camilleri (Artista), Letta Shtohryn (Fotografija u Poster), Yasmin Kuymizakis (Mużika), Rosalyn Maynard (Konsulenza)