Tikber u Tinsa
- This event has passed.
Tikber u Tinsa
25 October 2015 @ 8:00 pm
€12 – €15Ninsew dak li nixtiequ niftakru, u niftakru dak li nixtiequ ninsew …
Dati u Ħinijiet:
Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 2015, 8.00PM
Il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2015, 8.00PM
Is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2015, 8.00PM
Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2015, 8.00PM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Wara s-suċċess tas-sena l-oħra bid-dramm Jiena Nħobb, Inti Tħobb, Simon Bartolo jikteb storja oħra li tqanqal l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet – storja ta’ tifel straordinarju b’moħħ brillanti, qalb tad-deheb, u b’ruħ imtertqa…
Meta Albert Chetcuti jmur sat-teatru, kien mingħalih li se jassisti għal serata ta’ divertiment u spettaklu. Ftit basar li dak li se jara kien se jaqliblu ħajtu kollha ta’ taħt fuq.
L-istorja ta’ Tikber u Tinsa ddur max-xewqa ta’ kulħadd li – b’xi mod jew ieħor – imur lura fiż-żmien. Imma Albert irid jgħaġġel. Hemm bżonn isib memorja importanti ħafna. Memorja li ntilfet qalb ħafna memorji oħra iżda li hi kruċjali għalih. U hemm jibda vjaġġ li diffiċli jintesa hekk kif raġel jiċċaqlaq bejn spazju u ieħor u bejn iż-żminijiet fi tfittxiha ta’ memorji mitlufin, ta’ żminijiet sbieħ, u ta’ oħrajn iebsin. Iżda fuq kollox, hija storja dwar iben li qatt ma fehem eżatt il-pożizzjoni tiegħu fil-mixja ta’ ħajtu li, fir-realtà, fassal għalih innifsu.
B’direzzjoni ta’ Roderick Vassallo u bis-sehem ta’ Clive Piscopo, Jamie Cardona u Alison Abela.