UNHCR Malta: World Refugee Day screenings
- This event has passed.
UNHCR Malta: World Refugee Day screenings
Biex tfakkar il-Jum Dinji tar-Refuġjati 2023, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), Malta u Spazju Kreattiv qed jistiednuk biex tesperjenza żewġ films li jitfgħu dawl fuq dawk imġiegħla jaħarbu minn djarhom. Li jsir kull sena fl-20 ta’ Ġunju, il-Jum Dinji tar-Refuġjati joffrilna ċans li nonoraw nies li ġew sfurzati jaħarbu.
‘Hope Away From Home’ hija l-għajta għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-avveniment, bil-UNHCR imexxi ‘l quddiem it-twemmin tiegħu fil-qawwa tal-inklużjoni, u fl-isforzi lejn il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet għar-refuġjati li qed jippruvaw jerġgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid f’pajjiżi ġodda. U filwaqt li mhux ir-rwol taċ-ċinema – u lanqas tal-arti in ġenerali – li toffri soluzzjonijiet ċari għal kwistjonijiet kumplessi, xogħlijiet tal-arti kbar jistgħu jwessgħu l-ambitu tagħna għall-empatija, u jistaqsu mistoqsijiet pertinenti dwar id-dinja li ngħixu fiha. Il-films li jiffurmaw dan il-festival se jieħdu lill-udjenzi fi vjaġġ emozzjonali mqalleb li se jenfasizza kemm l-universalità, iżda wkoll il-partikolarità umana stess, ta’ kull storja ta’ refuġjat.
Exodus
It-Tlieta, 20 ta’ Ġunju 2023, 8.00pm
Għarbi b’sottotitli bl-Ingliż
1 siegħa 42 minuta
Żewġ dinjiet jaħbtu meta Sam (40), kuntrabandist tan-nies, kontra qalbu isalva lil Amal, tifla ta’ 12-il sena li l-familja kollha tagħha ntilfet fil-gwerra tas-Sirja. Amal temmen li huma fi triqthom lejn l-Isvezja u għalhekk tibda vjaġġ biex issibhom. Sam joqogħd lura imma jinsab inkwetat bil-ħsieb li jħalli lit-tfajla waħedha f’art ta’ ħadd, u jiġi mkaxkra fl-istorja. Il-film se jkun preċedut minn introduzzjoni minn kelliem tal-uffiċċju tal-pajjiż tal-UNHCR Malta.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
Drift
Il-Ħamis, 22 ta’ Ġunju 2023, 7.30pm
Ingliż
1 siegħa 33 minuta
Jacqueline (Cynthia Erivo), refuġjata żagħżugħa, tinżel waħedha u bla flus fuq gżira Griega, fejn l-ewwel tipprova tgħix u mbagħad tlaħħaq mal-passat tagħha. Waqt li terġa tikseb s-saħħitħa, tibda ħbiberija ma’ gwida tat-turs (Alia Shawkat) u flimkien isibu r-reżiljenza biex jimxu ‘l quddiem.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post