
- This event has passed.
{v}
Il-pittura “L-Oriġini tad-Dinja” ta’ Gustav Courbet, x’aktarx li hija waħda mill-aktar xogħlijiet storiċi magħrufin.
Hija tqiegħed b’mod awdaċi l-ġenitali tal-mara fuq quddiem biex b’hekk televah u tagħmlu s-suġġett tax-xogħol innifsu. Filwaqt li il-ġisem u l-poża tal-mara huma mimlijin sesswalità, ma jiksbux stat erotiku jew pornografiku. Il-pittura hija sempliċiment ċelebrazzjoni kruda u ċara tal-forma u l-Forma. Dan huwa preċiżament kif u għaliex ġie maħluq {v}, bħala attentat kemmxejn tard li jiċċelebra l-forma tal-mara kif ukoll ineħħi l-misteri dwarha, billi jagħżel apertament li juri l-vaġina f’termini letterali jew astratti jew saħansitra b’konnotazzjoni. Din il-wirja hija kurata minn Lisa Gwen.
‘Did you Come?’ minn Charlene Galea – Arti Performattiva
Bħala parti mill-korp artistiku tax-xogħol tagħha li qed jiġi esebit f ‘{v}, Charlene Galea se tkun qed tesegwixxi ‘Did you Come?’ fi Spazju Ċ fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta għall-pubbliku. Min hu interessat jattendi, jrid jibbukja post billi jimla l-formola t’hawn taħt fid-data preferuta hawn taħt. Il-prestazzjoni hija adattata għall-etajiet minn 16-il sena ‘l fuq.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar, 7:00 pm (kompletament ibbukjat)
Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar, 8:30 pm (kompletament ibbukjat)
Il-Ħamis 25 ta’ Frar, 7:00 pm (kompletament ibbukjat)
Il-Ħamis 25 ta’ Frar, 8:30pm (kompletament ibbukjat)
L-Erbgħa 10 ta’ Marzu, 5:30pm (kompletament ibbukjat)
Il-Ħamis 18 ta’ Marzu, 7:00 pm (kompletament ibbukjat) Prestazzjoni kkanċellata
Il-Ħamis 18 ta’ Marzu, 8:00 pm (kompletament ibbukjat) Prestazzjoni kkanċellata
Artisti
Alexandra Aquilina, Kevin Attard, Isabelle Borg, Gabriel Buttigieg, Kane Cali, Charlene Galea, Christian Muscat, George Muscat, Matthew Pandolfino, Marcel Pommer, Kim Sammut, Suzanna Scott, Ritty Tacsum u Jenna Tilley
Kuratur
Lisa Gwen