Vai

Loading Events
  • This event has passed.

Vai

9 Marzu 2021 @ 7:30 pm

Data u Ħin:  It-Tlieta, 9 ta’ Marzu 2021, 7.30pm

Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi

Vai huwa film li jgħaqqad numru ta’ stejjer u temi flimkien, magħmul minn 9 produtturi tal-films nisa mill-Paċifiku li ġie ffilmjat f’seba’ pajjiżi: Fiji, Tonga, Solomon Islands, Kuki Airani (Cook Islands), Samoa, Niue and Aotearoa (New Zealand). Jirrakkonta l-vjaġġ ta’ Vai, maħdum minn attriċi indiġena differenti f’kull pajjiż.  F’kull wieħed minn dawn il-pajjiżi Paċifiċi il-kelma ‘vai’ tfisser ‘ilma’.

 

  • Fiji: Tifla ta’ seba’ snin b’ħafna enerġija li bħalissa tgħix f’residenza normali, tipprova tifhem għalfejn għandha ssellem lil art twelidha u lil qrabatha hekk kif ommha qed tippreparha biex titlaq minn Fiji.
  • Tonga: Vai, li issa għandha tlettax-il sena, toħlom li tmur New Zealand biex tkanta, imma xogħolha ta’ kuljum, li timla l-fliexken tal-ilma mill-provvista tal-komunità, iġiegħlha tħossha li impossibbli li xi darba titlaq minn Tonga.
  • Solomon Islands: Waqt li qed tistad minn dgħajsa żgħira ftit ‘il barra mix-xtajta tal-Gżejjer ta’ Solomon, ix-xbejba ta’ sittax-il sena, Vai, targumenta ma’ ommha dwar il-mod kif suppost tqabbad is-sunnara.
  • New Zealand Born Samoan: Wara li ħadmet qatigħ sabiex tidħol l-Università, Vai, ta’ wieħed u għoxrin sena, tinsab waħda mill-aktar studenti bravi u waħda minn tnejn fi klassi sħiħa li ġejjin mill-gżejjer Paċifiċi. Minħabba pressjonijiet mid-dar, l-attendenza tagħha tmajna u Vai issibbha diffiċli ħafna biex issib sapport mit-tutur u biex issib leħinha f’sistema mhux mibnija għaliha.
  • Kuki Airani (Cook Islands): Qalb apatija, biża’ u tfixkil tal-kolonjaniżmu, Vai tieħu azzjoni favur bidla fuq gżiritha Rarotonga, fejn issib leħinha bħala attivista.
  • Samoa: Issa fl-erbgħinijiet, Vai, tirritorna Samoa sabiex tieħu sehem f’avveniment importanti, imma wara nuqqas ta’ tant snin, sabitha diffiċli titwaħħad mal-ispettaklu li kienet se tagħti.
  • Niue: Vai, issa ta’ 64, tipprova tikkonvinċi lin-neputija tagħha Moana, li li tħalli l-gżira ta’ Niue ittiha bidu ugwali fil-ħajja.
  • Aotearoa (New Zealand): Fl-anzjanità, Vai, ta’ 80 sena, tingħaqad ma’ whānau (familtha) mal-ġenb tax-xmara, sabiex tagħtihom spettaklu għall-okkażjoni taċ-ċerimonja fejn jagħtu isem lill-pro-neputija tagħha, Vai.

 

Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn in-New Zealand High Commission u Spazju Kreattiv

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Dħul b’xejn prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
Dħul b’xejn prenotazzjoni meħtieġa
Tfal
Dħul b’xejn prenotazzjoni meħtieġa
Cinema Club Members
Dħul b’xejn prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 28min
Ċert
12 A
Lingwa
n/a