Valletta Film Festival 2017

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Valletta Film Festival 2017

16 June 2017 - 25 June 2017

Dati: 16- 25 Ġunju 2017
Post: Varji

Il-tielet edizzjoni tal-Valletta Film Festival, organizzat minn Film Grain Foundation, se jsir mill-Ġimgħa 16 sal-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2017. Din is-sena se jintwerew 40 feature films u 25 short films f’diversi mkejjen fil-Belt Valletta.

Dawn kollha se jintwerew f’ħames siti madwar il-Belt Valletta – tliet fl-apert bħal Pjazza Teatru Rjal, Ġnien Herbert Ganado u Pjazza San Gorg – u żewġ swali taċ-Ċinema ġewwa Spazju Kreattiv u l-Embassy Complex.

Għall-ewwel darba il-festival ser ikun qed jesibixxi numru ta’ films ta ‘Virtual Reality’ li ser ikunu ghal wiri b’xejn ġewwa Pjazza San Gorg. Bħala parti mill-programm Kulturali tal-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, il-festival ipproduċa numru ta’ films qosra fuq l-identita’ Maltija f’kuntest Ewropej.

Fortunata, il-film il-ġdid tal-attur u direttur popolari Taljan Sergio Castellitto se jintwera u jiftaħ it-3 edizzjoni tal-Valletta Film Festival. Il-premier dinji tal-film sar ix-xahar li għaddiet waqt il-festival prestiġjuż ta’ Cannes fi Franza.

Il-Valletta Film Festival se jinkludi kompetizzjoni bejn seba’ feature films, seba’ dokumentarji u 25 films qosra. Dawn se jikkompetu ghat-Triton Awards ghal l-Aqwa Film, l-Aqwa Direttur, l-Aqwa Xeneggjatura, ghall-Aqwa Cinematografija, l-Aqwa Attur u l-Aqwa Attrici.  Iċ-Ċerimonja Finali se ssir is-Sibt 24 ta’ Ġunju f’Pjazza Teatru Rjal. Ser ikun hemm ukoll diversi ‘Special Screenings’ ta films mil-Gappun, Svezzja u pajjizi mil-Amerika Latina.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se terga’ tinkludi numru ta’ Masterclasses fuq diversi aspetti tal-arti tal-films. Diskussjoni fuq l-opportunitatijiet u id-diffikultajiet ta’ koproduzzjoni ser ikun organizzat fil-jiem tal-festival.

Biljetti huma ghal bejgh online minn www.vallettafilmfestival.com.

 

Dettalji

Bidu:
16 June 2017
Tmiem:
25 June 2017
Event Categories:
,
http://www.vallettafilmfestival.com/

Venue

Lil hinn