Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Wanted: Young Jury at the Venice Film Festival

2 April 2019 - 15 April 2019

Għal darb’oħra l-Europa Cinemas qed jfittxu 28 żgħażugħ jew żgħażugħa mill-Ewropa li jħobbu l-films, biex dawn jattendu l-Venice Film Festival!

Imwaqqaf hekk mill-2010 u koorganizzat flimkien mal-Premju LUX (Parlament Ewropew) u Giornate degli Autori, din l-inizzjattiva se twettaq il-ħolm ta’ 28 żagħżagħ Ewropej li huma entużjasti tal-films, billi toffri opportunità biex dawn jattendu l-Mostra del Cinema! Barra minn hekk, l-applikanti magħżula se jiffurmaw il-Ġurija Giornate degli Autori, li tiġġudika premju għall-aħjar film f’din il-kategorija dinamika u mimlija diversità.

L-iskadenza għas-sottomissjonijiet: It-Tnejn, 15 ta’ April
Ibgħat il-Formola tal-Applikazzjoni tiegħek fil-format PDF flimkien mal-videos tiegħek permezz ta’: Wetransfer fuq [email protected]

Il-kandidati għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

– Persuni ta’ bejn it-18 u l-25 sena li jattendu ċ-ċinema b’mod regolari,
– Livell ta’ kitba addattata għal artikli u blogs,
– Għarfien eċċellenti tal-Ingliż (qari, kitba u taħdit) biex il-parteċipanti jistgħu jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-films flimkien ma’ professjonisti mill-oqsma ta’ din l-industrija

L-applikazzjoni tal-kandidati għandha tinkludi:

~ IL-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI ONLINE https://form.jotformeu.com/EuropaCinemas/28TCForm2019 li għandha timtela bl-Ingliż. Il-mistoqsijiet kollha għandhom jiġu mwieġba. Il-formoli li jintbagħatu mhux kompluti ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

~VIDEO SELFIE fejn il-kandidat jispjega “X’jħobb/xi tħobb dwar iċ-ċinema”. L-applikanti għandhom jibdew il-video bil-frażi “X’inħobb jiena dwar iċ-ċinema…” u mbagħad jiżviluppaw l-argumentazzjoni tagħhom. (Eżempji mis-snin preċedenti jistgħu jinstabu fuq il-Vimeo ta’ Ċinema Europa.)

Rekwiżiti tekniċi:

–  Il-videos għandhom jiġu prodotti bl-Ingliż
– F’riżoluzzjoni għolja (Full HD: 1920×1080 px) u b’kwalità eċċellenti tal-awdjo,
– Tul: 30 sekonda,
– L-informazzjoni li jmiss għandha tkun viżibbli fuq il-video: Isem u pajjiż ta’ oriġini.

L-Ambaxxaturi magħżula għandhom jimpenjaw ruħhom biex:

– Ikunu preżenti f’Venezja qabel il-bidu tal-festival, mit-Tlieta, 27 ta’ Awissu, sal-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019 (dati tal-festival: 28 ta’ Awwissu – 7 ta’ Settembru),
– Jiffurmaw parti mill-ġurija għall-films li se jkunu qed jikkompetu għall-Giornate degli Autori,
– Jaraw il-films kollha ppreżentati għal Giornate degli Autori (madwar 15) u l-kompetizzjoni tal-Premju LUX 2019. Se tiġi provduta akkreditazzjoni tal-festival (li tagħti aċċess prijoritarju għall-wiri tal-films ta’ Giornate degli Autori)
– Jieħdu sehem fid-diskussjonijiet u d-taħditiet fi stil ’round table’ li se jseħħu mal-produtturi tal-films u mistiedna oħra,
– Jikkontribwixxu għal blog, li se jiġi żviluppat speċifikament għal dan l-avveniment,
– Jikkontribwixxu lill-websajt taċ-Ċinema Europa u n-netwerks soċjali,
– Ikunu Ambaxxaturi attivi għall-Lux Film Prize matul l-avvenimenti organizzati wara l-Venice Film Festival, lura f’pajjiżhom.

Il-Parlament Ewropew ser jorganizza u jkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u l-ivvjaġġar għal kull parteċipant għat-tul kollu tal-avveniment (13-il jum) waqt li Europa Cinemas se jieħu ħsieb il-per diem tagħhom. Id-data tal-wasla hija mistennija li tkun nhar it-Tlieta, 27 ta’ Awwissu, u d-data tat-tluq nhar il-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019.

Dettalji

Bidu:
2 April 2019
Tmiem:
15 April 2019
Event Categories:
, , , ,

Venue

Lil hinn