
- This event has passed.

Whale Rider
Data u Ħin: It Tlieta, 16 ta’ Frar 2021, 7.30pm
Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi
Direttur by:
Niki Caro
Whale rider huwa maħdum f’villaġġ żgħir mal-kosta fi New Zealand fejn Māori jeżiġu dixxendenza minn Paikea, il- Whale Rider. F’kull ġenerazzjoni, eredi raġel ingħata t-tiltu ta’ rajjes. It-tifel il-kbir tar-rajjes, Porourangi, ikollu tewmin – tifel u tifla, iżda t-tifel u l-omm imutu traġikament waqt il-ħlas. It-tifla li salvat issemmiet Pai. Il-missier imnikket jagħti lil bintu biex titrabba ma’ nannietha Koro u Flowers. Koro, ir-rajjes, jirrifjuta li jirrikonoxxi lil Pai bħala l-eredi t’ibnu.
12-il sena wara Porourangi, issa artist rinomat internazzjonalment, jittitorna d-dar għall-viżta rari u qasira. Koro xtaq ħafna li jirrisolvu d-differenzi tagħhom u sa fl-aħħar Porourangi jaċċetta d-destin tiegħu. Iżda Porourangi, li sab ħajja komda għalih fl-Ewropa m’għandu l-ebda intenzjoni li jsir Rajjes wara missieru.
Koro huwa konvint li l-isfortuni tat-tribù bdew mat-twelid ta’ Pai u jiftaħ sejħa mal-poplu tiegħu sabiex iressqu lis-subien ta’ 12-il sena sabiex jibda jrawwimhom. Huwa kien ċert li permezz ta’ proċess intensiv ta’ tagħlim u ripetizzjoni t’għanjiet, għarfien tribali u tekniki tal-ġlied, jinstab,il-mexxej futur. Eskluża minn das-sessjonijiet, Pai titlob l-għajnuna ta’ zijuha sabiex jgħallimha dwar it-tmexxija tradizzjonali.
Sadanittant, fil-qalba tal-oċean, ġliba baleni bdiet tinġema’ u tinġibed lejn Pai u d-destin tewmi tagħha. Meta l-baleni jispiċċaw mitluqa fuq ix-xatt, Koro jiffissa li dan is-sinjal ifisser it-tmiem apokaliptiku tat-tribù tiegħu. Sakemm persuna waħda tkun lesta tagħmel l-aħħar sagrifiċċju sabiex issalva l-poplu.
Maħdum fil-belt Whāngārā fuq il-kosta tal-Lvant, Whale Rider jirrakkonta l-istorja ta’ Pai (Keisha Castle-Hughes), tfajla ċkejkna mit- tribù Māori, li tisfida t-tradizzjoni u tuża l-passat sabiex issib is-saħħa tmexxi lill-poplu tagħha ‘l quddiem.
It-Tieni film ta’ Niki Caro huwa bbażat fuq in-novella The Whale Rider ta’ Witi Ihimaera. L-amalgamazzjoni tal-post u l-kultura, flimkien mal-istorja universali tal-vjaġġ taż-żogħżija, Whale Rider intlaqa’ b’suċċess kbir internazzjonalment, u rebaħ l- ‘Audience Choice Awards’ f’Sundance u Toronto filwaqt li l-attriċi żagħżuha rebħet Academy Award għall-interpretazzjoni tagħha.
Informazzjoni dwar fejn inġibed il-film
Maħdum fil-belt Whāngārā fuq il-kosta tal-Lvant.
Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn in-New Zealand High Commission u Spazju Kreattiv