Wiki Loves Monuments 2022 in Malta
- This event has passed.
Wiki Loves Monuments 2022 in Malta
Malta se tieħu sehem bis-seba’ edizzjoni f’Wiki Loves Monuments, iddikjarata mill-Guinness World Record bħala l-ikbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja. Il-kompetizzjoni ġġib flimkien nies minn madwar id-dinja biex jieħdu ritratti ta’ wirt kulturali mibni jew monumentali biex jidħru fuq il-Wikipedija.
Din il-kompetizzjoni tiftaħ fl-1 ta’ Settembru. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas u miftuħa għal kulħadd. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet kollha hija fit-30 ta’ Settembru imma s-sottomissjonijiet jistgħu jsiru matul ix-xahar kollu ta’ Settembru.
Ir-ritratti sottomessi jridu jkunu tal-parteċipanti individwali u jridu jinħarġu taħt liċenzja miftuħa fil-Creative Commons.
Matul Settembru se jsiru workshops dwar kif jittellgħu r-ritratti. Id-dettalji se jsegwu fuq www.wikimalta.org u permezz ta’ Facebook u Instagram eqreb tad-data.
Ġurija komposta minn esperti fl-oqsma tal-wirt kulturali, fotografija u Wikipedija se tagħżel ir-ritratti rebbieħa. Għaxar sottomissjonijiet rebbieħa se jkunu nominati għall-konkors internazzjonali tal-Wiki Loves Monuments, bl-opportunità li jirbħu aktar premjijiet.
Tim Creattiv:
Neville Borg,
Dr Toni Sant &
Enrique Tabone