Workshop tal-Kitba Kreattiva u tal-Istejjer

- This event has passed.
Workshop tal-Kitba Kreattiva u tal-Istejjer
21 April 2017 @ 5:00 pm - 30 April 2017 @ 7:00 pm

“Il-kitba hija l-pittura tal-vuċi”
Voltaire
Oġġetti – Memorja – Eżiljati
Dati u Ħinijiet: 21, 28, 29 u 30 April 2017, 5.00PM – 7.00PM; 22, 23 April, 2.00PM – 5.00PM
Post: Studjow B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: B’xejn. Jekk jogħġbok ibbukkja fuq: http://www.rimaproject.org/contact
Il-Proġett Rima qed jorganizzaw workshop, mifrux fuq żewġ weekends, li se jiffoka fuq il-ħolqien ta’ stejjer qosra intriganti u t-twassil tagħhom b’mod effettiv u impressjonanti. Il-workshop se jitwassal minn kittieba, qarrejja tal-istejjer u prattikanti tat-teatru esperjenzati, u min jattendi se jingħata gwida biex joħloq storja u jwassalha lil udjenza. Il-kittieba u l-parteċipanti huma liberi li jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom mir-ritratti meħuda matul il-workshop tal-fotografija preċedenti, jew isegwu mogħdijiet oħra.
Fost l-istejjer, se tintagħżel waħda biex imbagħad issir skript għal film qasir li se jkun prodott taħt is-superviżjoni tad-direttur Dagmawi Ymer u Kenneth Scicluna. Għażla ta’ testi u pubblikazzjoni x’aktarx se jkunu parti mill-Wirja ta’ Rima finali fl-2018. Se jiġi organizzat ukoll qari letterarju.
Il-workshop huwa miftuħ esklussivament għal barranin li esperjenzaw l-eżilju u/jew il-migrazzjoni.